Irrispettivament mir-Reliġjon li Tħaddnu, Alla Wieħed Biss Jeżisti

Il-Ħadd, 11 ta’ Settembru 2011 @ 19:15

Irrispettivament mir-Reliġjon li Tħaddnu, Alla Wieħed Biss Jeżisti.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-11 ta’ Settembru, 2011, fis-7.15 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, meta wliedi jħossuhom iddisprati, imbeżżgħin jew waħedhom, għidilhom li jridu jduru Lejja. Qatt qabel daqs illum, ma kien hawn daqstant minn uliedi, madwar id-dinja kollha, li jħossu dan il-vojt kbir f’ħajjithom. Mingħajr ebda direzzjoni, dawn in-nies isiru aktar distratti meta jiġu mitmugħa dieta ta’ ikel ħażin. Il-midja ta’ kuljum, titmagħhom bi stejjer li juru l-ħażen preżenti fid-dinja, u fejn tant pajjiżi jinsabu fi stat ta’ taqlib kbir. Imbagħad, hemm in-nuqqas ta’ ikel spiritwali, li minfloku, jisfurzaw fuqkom dieta ta’ gideb, meta jgħidulkom dwar l-għeġubijiet u l-ambizzjonijiet tad-dinja. Issa, jekk intom jirnexxilkom takwistaw dawn affarijiet, kollha se jiddiżappuntawkom. Imbagħad, jekk tibqgħu tistinkaw lejn dawn il-miri, intom issiru anzjużi sabiex tilħqu dan il-livell għoli, u għal darb’oħra, tkunu diżappuntati.

Ftakru li Jien Hu l-ikel tagħkom, uliedi. Huwa biss permezz tiegħi, li intom issibu l-paċi vera, l-kuntentizza u l-imħabba safja f’qalbkom. Li tiksbu dan it-tip ta’ paċi minn xi mkien ieħor, mhuwiex possibbli. Issa duru Lejja, kull wieħed u waħda minnkom, li qegħdin tbatu mid-dwejjaq f’qalbkom. Ħalluni Nħaddankom miegħi u Nfarraġkom. Għaliex intom uliedi, intom l-erwieħ mitlufin, iżda tant prezzjużi Għalija. Ħafna minnkom tlaqtu tiġġerew l-hawn u l-hemm, u la tafu fejn sejrin, u lanqas triqtkom lura lejn il-Merħla tiegħi. Xi wħud minnkom għażiltu xi merħla oħra differenti: Merħla li mhix tiegħi.

Isimgħu s-Sejħa tiegħi, għaliex meta intom tisimgħu Leħni f’ruħkom, intom sejrin tkunu tafu l-Verità. Jiena huwa t-Triq tagħkom lejn Missieri l-Etern. Ftakru, li ħafna minnkom, li tagħtu ismijiet differenti lil Alla l-Missier li Jista’ Kollox, forsi xorta tinsabu tqimu lill-istess Alla. Jeżisti Alla wieħed biss. Issa qorob iż-żmien meta l-Glorja tiegħu sejra tiġi murija lid-dinja. Irrispettivament minn x’inhi l-interpretazzjoni tagħkom, Alla l-Missier huwa Mħabba. Il-Ħniena tiegħu tħaddan kollox u lil kulhadd. Ejjew issa, duru Lejh kull fejn tinsabu fid-dinja. Huwa qiegħed Jistenna s-sejħa tagħkom.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM