Il-Kastig il-Kbir Jista’ Jiġi Imtaffi bit-Talb.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-12 ta’ Settembru, 2011, f’nofsinhar.
Maħbuba binti l-għażiża, dalwaqt ħafna, id-dinja sejra tieqaf, u l-perjodu ta’ wara t-Twissija l-Kbira se jibdel il-mod, kif il-bniedem iħares lejn id-dinja. Il-pjaċiri u dak li hu żejjed materjalment, mhux se jibqgħu jeċċitawh aktar. Ċertu nies, mhux se jibqgħu jiġu meqjusa bħallikieku kienu xi allat, fejn dawn in-nies ċelebri u l-ġid, mhux se jibqgħu jiġu meqjusa aktar bħala idoli. Imbagħad, in-nies ma jibqgħux ikunu daqshekk ħfief sabiex jikkundannaw lil oħrajn, jew jittrattaw lill-proxxmu tagħhom b’mod krudili.
Id-dinja l-ġdida, wara t-Twissija l-Kbira, se tkun post fejn l-imħabba Għalija u għal Alla l-Missier se tkun meqjuma b’rispett. Ħafna mexxejja ta’ pajjiżi li ma jħaddnux il-fidi Nisranija, sejrin jagħtu ġieħ lil Missieri. Dawk li llum jokkupaw karigi ta’ poter, fejn jikkontrollaw il-finanzi tan-nies, sejrin jindmu bil-gzuz. Ħafna aktar kbarat, se joħorġu s-saffi tal-poter tagħhom u jaqsmu ma’ ħuthom il-ħobż li ġej mingħand Alla l-Missier. Għax dan il-ħobż huwa għal kulħadd u huwa maħsub biex jinqasam b’mod ugwali bejn kulħadd.
Ħafna affarijiet tajbin se joħorġu bħala riżultat tat-Twissija l-Kbira. Madankollu, ħafna erwieħ (nies ħajjin) mhux se jkunu b’saħħithom biżżejjed fil-fidi tagħhom. Huma, sfortunatament, se jmorru lura għat-toroq qodma tagħhom. Imħajrin mill-wegħdiet fiergħa ta’ poter, ġid, kontroll, kif ukoll imħabba lejhom infushom, huma mbagħad jiċħdu lil Alla l-Missier. Huma se jkunu jafu l-Verità, iżda din, xorta mhux se tkun biżżejjed għalihom. Dawn il-midinbin dgħajfin u msieken, sejrin jkunu xewka f’ġisimkom uliedi. Mingħajr it-talb tagħkom, id-dnubiet tagħhom sejrin jikkawżaw straġi fid-dinja, li tkun għada kif ġiet irkuprata matul il-purifikazzjoni l-ġdida tagħha.
It-talb uliedi, huwa tant importanti. Qisu li titolbu lil Alla l-Missier sabiex jaċċetta t-talbiet tagħkom, ħalli Jwaqqaf il-persekuzzjoni li qegħda tiġi ppjanata minn dawn in-nies. Jekk ikun hemm talb biżżejjed, jista’, u fil-fatt se jevita ħafna mit-twerwir li dawn il-midinbin se jippruvaw jikkaġunaw lid-dinja. Tant minnkom tinsabu għomja, għall-pjan li qiegħed jiġi mfassal minn wara daharkom. Is-sinjali qegħdin jiġu murija likom b’mod konsistenti, iżda intom, m’intomx tindunaw bihom.
Uliedi, hekk kif il-fidi tagħkom tikber, itolbu li l-Ispirtu s-Santu jkun jista’ jinfirex fuq dawn il-midinbin u jaħkem lir-ruħ tagħhom. Jiena, Ġesù l-Prezzjuż tagħkom, lilkom Nipproteġikom, is-segwaċi għeżież tiegħi. Taħt il-Kmand tiegħi, Jiena Nagħtikom Struzzjonijiet sabiex titolbu, u mhux biss għal dawn l-erwieħ midinba, iżda wkoll li l-persekuzzjoni ta’ rġiel, nisa u tfal ordinarji, tieqaf għal kollox. Jekk dawn il-qattiela li se jisfidaw lil Missieri, jkomplu jwerwru lin-nies innoċenti, permezz tal-kontrolli l-ġodda tagħhom, li huma li se jimponu fuq id-dinja, dawn sejrin jiġu kkastigati.
Dawn il-midinbin sejrin jingħataw l-akbar Ħniena possibbli minn mindu Jiena ġejt Imsallab. Jeħtieġ li jħaddnu t-Twissija l-Kbira, għaliex għal dawn il-midinbin, din hija l-aħħar darba li se jiġu offruti ċ-ċans tal-maħfra. Inkella sejrin jiffaċċjaw kastig terribbli. Dan il-kastig, li se jiġi kkawżat mill-Id tal-Ġustizzja Divina, permezz ta’ Missieri l-Etern, mhuwiex mixtieq. Filwaqt li dan il-Kastig il-Kbir ġie mbassar, jista’ jiġi mtaffi permezz tal-qawwa tat-talb.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Is-Sultan tal-Ħniena,
Ġesù Kristu