Itolbu għad-Don tat-Tbatija.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-14 ta’ Settembru, 2011, fil-00.10 am.
Maħbuba binti l-għażiża, it-tbatija tiegħek naqset u Jiena nixtieq Nirringrazzjak għal dan ir-rigal. It-tbatija se terġa’ tiġi, imma inti sejra tkun tista’ taċċettaha b’ħafna aktar ferħ f’qalbek. Jiena għandi Bżonn it-tbatija tiegħek, għaliex din issalva l-erwieħ tal-midinbin fid-dinja, li altrimenti, kienu jispiċċaw fl-Infern. Xi darba inti għad tara l-erwieħ tagħhom fil-Ġenna u se tkun imfawwra bl-imħabba u l-ferħ, meta tarahom bilqiegħda Ħdejja, ħdejn it-tron ta’ Missieri.
Il-midinbin dejjem se jiġu mħaddna Minni l-ewwel nies, meta huma jindmu minn dnubiethom. Huma dejjem se jkunu fuq quddiem nett, u dan b’sorpriża kbira għas-segwaċi tiegħi. Dawn l-erwieħ inġiebu għandi, minħabba t-talb u t-tbatija tas-segwaċi tiegħi, u l-erwieħ magħżula tiegħi (nies ħajjin). Is-segwaċi tiegħi sejrin jifhmuh dan, għaliex minħabba l-għaqda tagħhom Miegħi, huma jifirħu bis-salvazzjoni ta’ erwieħ bħal dawn.
Issa Jiena għandi Bżonn ħafna aktar erwieħ sabiex jiġu salvati, binti. Jekk jogħġbok, qis li titlob, ħalli int u erwieħ magħżula oħra bħalek, titgħallmu kif it-tbatija tista’ żżid l-għadd ta’ dawk li se jidħlu fis-Saltna ta’ Missieri. Jiena qiegħed Nistaqsihom ħalli jitolbu għall-Grazzji meħtieġa, sabiex jingħataw dan id-don tat-tbatija. Ftakru, li meta Jiena Nitlob it-tbatija mingħand xi ħadd, din hija Grazzja speċjali, u waħda li se tressaq ħafna aktar erwieħ fil-qalb ta’ Qalbi.
Il-Maħbub Ġesù tagħkom,
Is-Salvatur tal-Umanità