Il-Verità Ġeneralment Tiġi Trattata b'Kawtela Kbira u Mbagħad Imwarba Kompletament

Il-Ħamis, 15 ta’ Settembru 2011 @ 23:50

Il-Verità Ġeneralment Tiġi Trattata b'Kawtela Kbira u Mbagħad Imwarba Kompletament.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-15 ta’ Settembru, 2011, fil-11.50 pm.


Mahbuba binti l-għażiża, inti issa sirt taf aktar dettalji dwar l-Uġigħ li Jiena Sofrejt waqt il-Kruċifissjoni tiegħi. Abbandunat. Imwarrab. Iżolat. Imkeċċi b’mewġa ta’ tmaqdir minn idejn l-awtoritajiet, u speċjalment mis-segwaċi devoti tiegħi. Anke l-Appostli tiegħi stess ċaħduni fil-ħin tal-bżonn tiegħi. Għalhekk, inti m’għandekx tkun sorpriża li dan qiegħed jiġri lilek ukoll.

Illejla wkoll, inti ġejt murija viżjoni, fejn Jiena kont Wieqaf quddiem dawk il-bojjà tiegħi, li kelli noqgħod Nismagħhom, sabiex bil-gideb vili tagħhom, jikkundannaw Lili u l-Verità tat-Tagħlim tiegħi. Hekk ukoll issa int, u s-segwaċi tiegħi, sejrin tiġu trattati minn idejn dawk li ma jistgħux jaċċettaw il-Verità jew li jsibuha diżgustanti.

Il-Verità binti, ġeneralment tiġi trattata b’kawtela kbira, imwarba kompletament, u xi minn daqqiet, iġġudikata bħala dagħwa. Inti qatt m’għandek tibża’. Għaliex il-Kliem li Jiena nagħtik mhu xejn ħlief il-Verità. Ara li qatt ma tibża’ tippubblika dak li Nagħtik. Għaliex għandi Jiena nagħtik il-gideb? Għaliex għandi Jiena nipprova inżeblaħ dawn il-Messaġġi billi nħalli gideb jidħol fihom, fi kwalunkwe ħin? Jekk Nagħmel hekk, dan ikun il-kuntrarju tar-rieda ta’ Missieri. Lanqas ix-Xitan (Satana) qatt mhu sejjer jitħalla jindaħal f’dawn il-Messaġġi, jipprova kemm jipprova.

Hekk kif dawn il-Messaġġi jsiru aktar qawwija, huma sejrin jiġu esposti għal ħafna dibattitu u redikolu. Madankollu, ħafna nies sejrin jinġibdu lejhom, għaliex fuq kollox, huma żgur se jitqanqlu mill-Ispirtu s-Santu, li jkaxkar lir-ruħhom. Maż-żmien, huma uliedi, se jirringrazzjawni talli Għenthom joħorġu minn ċorma għollieq iniggeż, li kien qiegħed jostakolhom milli jaslu sal-Bieb tal-Ġenna l-Ġdida, għaliex kieku mingħajr din il-Gwida tiegħi bħalissa, f’dan il-ħin, kieku huma kienu jintilfu Minni. Huma ma kienux isibu l-qawwa sabiex jiġu meħuda fis-sigurtà lejn il-Bieb tal-Ġenna tal-Art il-Ġdida, l-Era l-Ġdida ta’ Paċi fid-Dinja, li qegħda tistenna lil dawk kollha li jobdu Lili u lit-Tagħlim tiegħi.

Il-Maħbub Salvatur u l-Għalliem tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM