Id-Dubji Jsaħħukom fl-Imħabba Tagħkom Għalija

L-Erbgħa, 21 ta’ Settembru 2011 @ 22:00

Id-Dubji Jsaħħukom fl-Imħabba Tagħkom Għalija.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-21 ta’ Settembru, 2011, fl-10 pm.


Jiena Niġi fl-Isem ta’ Ġesù li Ġie fil-Ġisem, u sar Bniedem. Maħbuba binti l-għażiża, inti issa tinsab tant qrib il-Qalb tiegħi, imma fl-istess ħin, inti tista’ wkoll tħossok tant 'il bogħod Minni. Xi drabi inti taħseb li ġejt mifruda Minni, meta fil-fatt inti tkun sirt eqreb u ħaġa waħda Miegħi. Inti binti, issa tant issodajt, li Jiena qiegħed Nibni l-kunfidenza tiegħek, sabiex tkun tista’ tkompli xxandar il-Kelma tiegħi lill-umanità. Din hija Missjoni importanti ħafna. Minħabba d-Demonji, li x-Xitan (Satana) qiegħed jibgħat bil-miljuni fid-dinja, f’dawn iż-żminijiet, huma jinsabu jattakkawk minn kull rokna possibbli. L-ewwel nies li d-Demonji jużaw kontra tiegħek, sejrin jkunu, dawk li jemmnu Fija, li se jkunu jistennew fil-kju biex jitfgħulek l-ewwel ġebla.

Hekk kif l-Att il-Kbir tal-Ħniena tiegħi għall-umanità qiegħed joqrob, id-Demonji wkoll se jippruvaw jistakolaw il-Verità u jżommu lin-nies, nies tajbin, milli jinvestu l-ħin li Jiena għandi Bżonn minnhom, sabiex isalvaw l-erwieħ ta’ wliedi li ma jemmnu f’xejn. Qis li ma tħallix il-kalunnja krudili, li bħalissa tinsab tinxtered, tfixklek minn dan ix-Xogħol tiegħi.

Issa ara li tagħti widen għal din il-Profezija tiegħi: Għal kull bniedem li jindem bħalissa, tliet erwieħ oħra jistgħu jiġu salvati miegħu (nies ħajjin). Aħseb dwar din il-ħaġa hekk: Il-Barkiet mogħtija lil kull bniedem, li jfittex il-maħfra Minni, din il-maħfra sejra tingħata wkoll, lill-familjari ta’ dak il-bniedem. Kull persuna li issa sejra tistaqsini u titlobni biex Insalva l-membri tal-familja tagħha, u l-ħbieb tagħha, din sejra tirċievi l-Ħniena tiegħi bl-abbundanza. It-talb huwa s-Salvazzjoni tagħkom uliedi. Iktar ma intom titolbu, iktar Jiena Niftħilkom qlubkom u Nurikom il-Verità tiegħi. Il-Favuri tiegħi, issa ġew estiżi b’mod li qatt qabel ma deher bħalu fuq din l-art. Madankollu, Jiena ma nistax inxerred dawn il-Grazzji kbar, sakemm intom ma titolbuhomlix.

Binti, kun avżata li l-kattiverija, li lilek se tbeżżgħek, issa se tidher f’attakk dejjem jiżdied fuq dawn il-Messaġġi Divini. Qis li ma tagħtix kashom. Għalaq għajnejk. Sodd widnejk. Minflok itlob li erwieħ bħal dawn, jaraw id-Dawl. Id-dubji binti, huma provi, esperjenzati mhux biss minnek, iżda wkoll mis-segwaċi maħbuba tiegħi. Filwaqt li jistgħu jkunu inkwetanti għalikom, Jiena Nippermettihom sabiex isaħħukom lkoll fl-imħabba tagħkom Għalija.

Uliedi, issa serrħu moħħkom u ġisimkom mit-taħbit. Aċċettaw il-Kelma tiegħi. Araw li tgħixu ħajjitkom kif Nistenna minnkom Jien. Poġġu l-familji tagħkom l-ewwel u qabel kollox. Araw li dawn, qatt m’għandhom jiġu traskurati f’Ismi. Itolbu issa b’kunfidenza f’qalbkom, u kunu ċerti, li l-Profeziji tiegħi se jiżvolġu bil-Kmand ta’ Missieri l-Etern. Dawn sejrin iseħħu skont iż-żmien perfett stabbilit minn Missieri.

Qisu li qatt ma tinsew uliedi, li ħafna sigrieti mogħtija lill-Viżjonarji u l-Veġġenti tiegħi, li jħabbru ġrajjiet futuri, dawn ġew imtaffija minħabba t-talb. Ħafna u ħafna diżastri ekoloġiċi, ġew evitati minħabba d-devozzjoni murija lejn Ommi l-Imqaddsa. Id-devoti Tagħha, evitaw ħafna terremoti, għargħar u tsunamis, minħabba t-talb tagħhom. It-talb jista’ jkun qawwi ħafna. It-talb u t-tbatija ta’ persuna waħda, jistgħu jsalvaw saħasitra nazzjon sħiħ. Araw li dan tiftakruh.

Jien Inħobb lil uliedi kollha. Il-qawwa li ssalvaw wieħed lill-ieħor,  tinsab f’idejkom stess uliedkom. Tinsewx dak li għidtilkom qabel. It-talb huwa l-armatura tagħkom kontra l-Ħażen f’din id-dinja. It-talb jista’ jtaffi d-diżastri globali. Ibqgħu itolbu għall-paċi fid-dinja tagħkom. Itolbu wkoll għal transizzjoni faċli lejn il-Ġenna tal-Art il-Ġdida fid-dinja, li digà tinsab tistenna lil uliedi kollha li qegħdin jfittxu l-maħfra u l-fidwa ta’ ruħhom.


Il-Maħbub tagħkom Ġesù


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM