It-Tbassir tal-Futur Mhux Gej Minni

L-Erbgħa, 21 ta’ Settembru 2011 @ 23:30

It-Tbassir tal-Futur Mhux Gej Minni.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-21 ta’ Settembru, 2011, fil-11.30 pm.


Binti, dan il-vjaġġ għalik qiegħed jeskala. Int issa tinsab lesta aktar milli qatt tista’ taħseb. Qis li ma tibżax, għaliex il-Missjoni tiegħek sejra tgħin sabiex issalva ħafna mill-umanità. Ir-rwol tiegħek ġie profetizzat u qiegħed jiġi mfassal fil-Ġenna. Inti strument. Jiena l-Imgħallem tiegħek.

Inti sejra tirnexxi f’dan il-Kompitu l-aktar Qaddis, għaliex ma jistax, u qatt mhu se jfalli. Inti tista’ tħossok, xi drabi, li qiegħda taqta’ qalbek bil-kbir, kompletament waħdek, u bla kuraġġ. Aċċettah dan. It-tbatija tiegħek qegħda tqarreb erwieħ prezzjużi Lejja (nies), fil-mument tal-mewt tagħhom. Dawn l-erwieħ issa jinsabu jitolbu għalik. Ifraħ, għaliex kieku tara l-imħabba li għandom għalik, inti tibki bil-ferħ.
 
Il-Qaddisin tiegħi fil-Ġenna, jinsabu jiggwidawk u jipproteġuk mill-Qarrieqi, sabiex jingħatalek bosta serħan, li anke jissorprendik u jferrħek. Ara li qatt ma toqgħod lura minn dan ix-Xogħol. Din hija waħda mill-akbar Missjonijiet ta’ Xogħol tiegħi fid-dinja. Kun soda, kuraġġuża u kunfidenti, iżda ħaddan l-umiltà, akkost ta’ kollox. Il-palk issa huwa lest. L-Avvenimenti li tkellimt dwarhom, issa se jiżvolġu. Hekk kif jagħmlu dan, se terġa’ lura wkoll il-kunfidenza tiegħek. Għaliex inti sejra jkollok il-provi kollha li għandek bżonn. Iva, ix-Xitan (Satana) irnexxielu jindaħal f’dan ix-Xogħol, f’xi ftit okkażjonijiet. Jien Ippermettejt dan, sabiex Niżgura li inti tibqa’ umli l-ħin kollu.

Ara li ma tippubblikax xi dati. Tistaqsinix kif se jkun il-futur ta’ dawk in-nies li jitolbuk tagħmel dan. It-tbassir tal-futur mhux ġej Minni. L-uniku futur li Jiena niżvela, huwa dak biss marbut mal-ġid spiritwali ta’ wliedi. Kun grata, li inti ngħatajt dan ir-Rigal speċjali ħafna. Filwaqt li inti qatt ma xtaqtu minn jeddek, imma inti ġejt iffurmata għal dan ix-Xogħol sa mill-ewwel nifs tiegħek, u int se twettaq il-Kelma l-Aktar Qaddisa tiegħi, sal-aħħar nifs ta’ ħajtek. Mur issa f’Ismi, u għinni Nsalva l-erwieħ tal-umanità kollha, bl-imħabba u l-ferħ f’qalbek. Jien Inħobbok, binti prezzjuża. Nifraħ bl-imħabba ħierġa mill-qalb tiegħek Għalija u għal Ommi l-Għażiża.


Ġesù tagħkom


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM