Il-Verġni Marija: Itolbu l-Protezzjoni Tiegħi Madwar id-Dinja Kollha.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ minn Omm Alla, Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tat-22 ta’ Settembru, 2011, fil-9 pm.
Binti, jeħtieġ li inti tistaqsi lil uliedi, sabiex jitolbuni ħalli nkun nista’ Ngħattihom bil-Mant l-Aktar Qaddis tiegħi f’dawn iż-żminijiet. Ix-xogħol tal-Qarrieqi qiegħed jiżdied u jinfirex, bħan-nar tal-foresta, il-kontroll krudil li qegħdin taraw madwarkom, jinsab immexxi minnu, u mill-armata tiegħu tad-Demonji. Huma qegħdin jikkawżaw ħafna ugigħ u sofferenza fid-dinja. Jekk intom tirreċitaw it-talba tar-Rużarju l-Aktar Qaddis tiegħi, intom twaqqfuh milli jkompli jikkawża l-ħsara li għandi f’moħħu u li beħsiebu jikkaġuna fuq din id-dinja.
Qisu li titolbu wliedi, kull fejn tkunu, għall-Protezzjoni speċjali tiegħi kontra x-Xitan (Satana). Itolbu sabiex ittaffu t-Tbatija ta’ Ibni l-Għażiż, li għandu bżonn kbir tal-konsolazzjoni tagħkom. Huwa jeħtieġ it-talb tagħkom uliedi, hekk kif sejjer Isalva l-umanità mill-ħajja midinba u żvijata tagħhom, għal darb’oħra. Araw li titolbu issa, kif qatt ma tlabtu qabel.
Ommok l-Imbierka,
Is-Sultana tal-Paċi