Jien Imdejjaq għall-Aħħar għat-Telfien ta’ Wliedi, li Xejn Ma Jridu Ikollhom x’Jaqsmu Miegħi

Il-Ħamis, 22 ta’ Settembru 2011 @ 21:30

Jien Imdejjaq għall-Aħħar għat-Telfien ta’ Wliedi, li Xejn Ma Jridu Ikollhom x’Jaqsmu Miegħi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-22 ta’ Settembru, 2011, fil-9.30 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, qis li tħejji l-familja tiegħek għat-Twissija l-Kbira. Staqsi lil uliedi kullimkien, sabiex ifittxu l-maħfra għal dnubiethom. It-talba tagħhom trid tkun mill-qalb. Jekk le, huma se jsofru l-uġigħ tal-ħruq tal-Purgatorju matul il-Ħniena Divina tiegħi. Din hija l-lluminazzjoni, meta Jiena se Niffaċċja personalment lil kull wieħed u waħda minnkom. Il-Purifikazzjoni li ġejja, se tħalli impressjoni tant dejjiema, u li ma tintesa qatt fuq l-erwieħ tagħkom, li intom sejrin tibqgħu fil-qalb ta’ Qalbi għall-eternità.

Għal dawk minnkom li tafuni u tħobbuni, jekk jogħġobkom ippreparaw issa għall-Akbar Don tiegħi. Akkwistaw xemgħat imbierka u Ilma Mbierek, u araw li tkunu lesti sabiex tingħaqdu fit-talb mal-Qaddisin fil-Ġenna, sabiex tgħinu ssalvaw l-erwieħ ta’ wliedi kollha madwar id-dinja. Għall-ewwel darba f’ħajjitkom, intom sejrin tkunu kompletamant waħedkom fil-Kumpanija tiegħi. Mingħajr ħsejjes ta’ xejn, intom sejrin taraw il-Kruċifissjoni tiegħi, u għal dawk li ma jemmnux Fija, imbagħad fl-aħħar, sejrin jifhmu l-Verità tat-Tbatija tiegħi għall-umanità.

Intom uliedi, sejrin tifhmu u tilqgħu dan id-Don Kbir tal-Ħniena tiegħi, u sejrin tingħataw qawwa li jafu biha biss il-Qaddisin fil-Ġenna. Din il-qawwa se ssawwar is-sinsla tal-Armata l-ġdida tiegħi fid-dinja wara dan. Din l-Armata kbira, sejra ssalva miljuni ta’ erwieħ oħra (nies ħajjin) minn idejn l-armata mmexxija mill-Antikrist. It-talb issa se jsalva u jgħin sabiex jikkonverti miljuni ta’ nies matul dan iż-żmien kruċjali sa mill-ħolqien tal-umanità.

Ħalluni Nħaddankom Miegħi minn qabel uliedi. Ħalluni Nimlikom bil-kuraġġ u s-saħħa, sabiex iġġibuli aktar erwieħ. Jiena għandi Bżonn l-imħabba tagħkom. Il-Feriti tiegħi għadhom miftuħa u jnixxu. In-Niket tiegħi jinsab fl-aqwa tiegħu, minħabba t-telfien ta’ tant minn uliedi, li xejn ma jridu jkollhom x’jaqsmu Miegħi. Inħossni Abbandunat u Waħdi. Għinuni uliedi, sabiex Insalvahom fil-ħin. Filwaqt li l-Att Kbir ta’ Ħniena tiegħi, sejjer iġib id-Dawl Divin fid-dinja, fuq kobor tant kbir li se jaqtagħlkom nifiskom, dan se jkun ukoll żmien ta’ dwejjaq għal dawk li mhux se jkunu kapaċi jifilħu għal din il-qatgħa kbira.

Jekk jogħġobkom, araw li ma tinħasdux. Jiena sejjer Niġi b’Imħabba u Kompassjoni kbira għalikom ilkoll. Huwa għaliex Inħobbkom, li issa Jiena qiegħed Nintervjeni, sabiex Insalvakom mill-atti vili li qegħdin jitwettqu minn potenzi globali, li jridu jnaqqsu l-popolazzjoni tad-dinja. Huma jridu jagħmlu dan permezz tal-kontrolli. Jiena mhux se Nħallihom jagħmlu dan. Missieri jinsab Jistenna. Jekk il-bniedem jaċċetta d-dnubiet li għamel, u li tagħhom huwa ħati, mela allura d-dinja ssir post ta’ Paċi u Mħabba. Jekk jonqos milli jagħti kas it-tagħlima li sejra toħroġ mit-Twissija l-Kbira, huwa ma jeħlisiex. Dak ikun il-waqt meta l-Id ta’ Missieri tinżel bis-saħħa.


Jiena Ġesù Kristu
Is-Sultan u s-Salvatur tal-Umanità kollha


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM