Alla l-Missier: L-Antikrist u l-Munita l-Ġdida Dinjija.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Missierna fis-Smewwiet, Alla l-Aktar Għoli, lil Marija Ħniena Divina, tat-23 ta’ Settembru, 2011, fil-9.30 pm.
Binti, filwaqt li d-dinja tista’ tibża’ mit-Twissija l-Kbira, hija trid taċċetta, li l-profeziji li jinsabu fil-Ktieb tal-Apokalissi, issa qegħdin fuqna. Is-sitwazzjoni tal-Knisja Imqaddsa issa tinsab f’riskju, kif inhi wkoll is-sitwazzjoni tal-Istat ta’ Iżrael. Il-profeziji se jiżvolġu, hekk kif id-dinja se tkun taħt il-kontroll tal-Antikrist, li sejjer jipprova jikkontrollakom permezz tal-Munita l-Ġdida Dinjija. Meta, u jekk tkunu kkontrollati b’dan il-mod, intom tkunu kkontrollati wkoll minn kull aspett ieħor. It-Twissija l-Kbira sejra twaqqaf, sew lil din, u sew l-atroċitajiet il-ħżiena l-oħra, li bħalissa qegħdin jiġu ppjanati minn forzi globali, li wliedi madwar id-dinja kollha, għadhom ma jistgħux jifhmu. Intom bħala pupazzi innoċenti, f’logħba li mhix ġejja minnkom, sejrin tkunu protetti mill-Id tal-Ġustizzja tiegħi.
Qumu uliedi, u ġġieldu din is-sensiela ta’ ħażen permezz tat-talb. Il-kontrolli u l-persekuzzjoni globali li qegħdin jiġu ppjanati f’dan il-mument, jistgħu jiġu evitati permezz tat-talb. Mhux ilkoll kemm intom tistgħu, jew se tiġu salvati, tant kemm hi qawwija l-qabda li l-Antikrist se jkollu fuqkom. Uliedi, x-Xitan (Satana) qatt mhu se jirbaħ. Huwa ma ngħatax dan il-poter, u hekk kif il-qabda tiegħu tibda tinħall, issa se jkaxkar kemm jista’ erwieħ (nies ħajjin) fil-kalzri tal-Infern miegħu. Jiena Nibki b’niket ta qsim il-qalb, għall-Ħolqien sabiħ tiegħi, u għal dawk l-erwieħ prezzjużi tiegħi. O kieku huma mqarr jisimgħu l-Verità.
L-evalwazzjoni xjentifika hija bla sens, għax l-ebda xjenza ma tissostitwixxi r-realtà tas-Saltna Divina tiegħi. M’hawnx persuna waħda fid-dinja, li qatt tista’ tifhem, is-sbuħija u l-miraklu li qegħdin jistennew lilkom ilkoll, għaliex huwa impossibbli li tiddidkrevihom f’termini umani. Intom dalwaqt tifhmu l-pjanijiet li Jiena Għandi sabiex Insalva lid-dinja minn idejn il-Qarrieqi. Jien Inħobbkom ilkoll u Nipproteġi lis-segwaċi tiegħi f’kull stadju u matul kwalunkwe persekuzzjoni ppjanata. Intom araw biss li tħarsu Lejja. Iftħu dirgħajkom u ħalluni Nżommkom u Nipproteġikom ilkoll. Uliedi li jemmnu Fija, m’għandhom xejn minn xiex jibżgħu.
Il-Maħbub Ħallieq tagħkom,
Alla l-Aktar Għoli,
Alla l-Missier