Spjegaw il-Waħx tal-Infern lil Dawk li Huma Għomja għall-Eżistenza tax-Xitan.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-24 ta’ Settembru, 2011, fil-10.15 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, tgħid għaliex il-bniedem jibqa’ jiċħad l-eżistenza tal-Infern? Ħafna minn uliedi, li jqisu lilhom infushom moderni fil-perspettiva tagħhom, pubblikament jiċħdu l-eżistenza tal-Infern, anke meta huma jistqarru t-twemmin tagħhom f’Alla l-Missier Etern. Huma jkunu qegħdin iqarrqu b’uliedi meta jużaw l-iskuża li Alla dejjem Ħanin. Meta huma jikkonvinċu lil uliedi li kulħadd se jmur il-Ġenna, huma, bla ma jafu, jsiru responsabbli għal dawk li jsegwu d-duttrina żbaljata tagħhom.
Ix-Xitan (Satana) jeżisti u għalhekk jeżisti wkoll l-Infern. L-Infern huwa l-post fejn ix-Xitan jieħu lil dawk l-erwieħ li juru lealtà lejh fid-dinja. Dawn huma l-erwieħ (nies ħajjin) li jwarrbu minn moħħhom, il-ħsibijiet kollha dwar Alla u fl-istess ħin, jippromwovu l-atti ħżiena u l-aċċettazzjoni tagħhom fid-dinja. F’xi każijiet, in-nies jistgħu saħansitra jbigħu lir-ruħ tagħhom lix-Xitan bi tpartit għal ħajja ta’ ġid, fama u poter. Ħafna nies fl-industrija tal-mużika, diġà għamlu hekk matul is-snin. Ftit li xejn jingħata ħsieb dwar il-mod kif tinħoloq din il-lealtà tagħhom, imma ħafna drabi ssir permezz ta’ inawgurazzjonijiet fi gruppi apposta waqt il-prattiċi tal-okkult.
Min-naħa l-oħra, hemm dawk in-nies, li jqisu lilhom infushom, li qegħdin jgħixu ħajjithom mimlija sempliċi gost, bla ħsieb ta’ xejn, u fejn kontinwament jixxennqu għall-pjaċiri personali. Dawn huma biss ftit mill-erwieħ, li mal-wasla tagħhom fil-bibien tal-Infern, jibqgħu maħsuda u skantati bla ma jkunu jridu jemmnu d-destin li qiegħed jistenniehom. Huma ma jkunux jistgħu jaċċettaw li dan it-twerwir tal-waħx, li jkunu qed jiffaċċjaw, ikunu ġabuh b’idejhom stess. Il-libertà mogħtija lilhom fid-dinja, kienet abbużata sabiex toffendi lil Alla bi kwalukwe mod. Uliedi, jekk jogħġobkom qisu li tispjegaw il-waħx tal-Infern, lil dawk li huma għomja għall-eżistenza tax-Xitan. Ma jimpurtax jekk jidħku bikom u jgħajjrukom. Huwa d-dmir tagħkom li twissuhom dwar id-destin tal-biża’ li qiegħed jistenna lil kwalunkwe ruħ miskina li tispiċċa hemm isfel.
Lilkom atei, li fuq is-sodda tal-mewt tagħkom temmnu li t-tbatija tagħkom se tintemm ma’ l-aħħar nifs tagħkom, isimgħuni issa: Għal dawk minnkom li tiċħdu l-Eżistenza ta’ Alla fuq din l-art, għalkemm il-Verità ġiet żvelata lilkom matul ħajjitkom, it-tbatija tagħkom fin-nar tal-Infern, se tkun biss il-bidu tad-dannazzjoni eterna. Intom, l-erwieħ imsieken tiegħi, li tagħmlu d-dnub gravi skond ir-rieda ħielsa tagħkom li tiċħduni. Minflok intom għażiltu lix-Xitan. Huwa jinsab jistenniekom wara l-mewt. Jiena mbagħad, Lili ma ssibuni mkien. Għaliex ikun tard wisq biex nurikom il-Ħniena tiegħi. Qisu li titolbu u itolbu intom lkoll, sabiex flimkien insalvaw dawn l-erwieħ. Ix-Xitan m’għandux jitħalla jisraq l-erwieħ tagħhom aktar. Għinuni Nsalvahom waqt li huma għadhom jgħixu fid-dinja.
Il-Maħbub Ġesù tagħkom