Jiena Issa Bgħatt fid-Dinja lil-Profeti Tiegħi

Il-Ħadd, 25 ta’ Settembru 2011 @ 11:45

Jiena Issa Bgħatt fid-Dinja lil-Profeti Tiegħi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-25 ta’ Settembru, 2011, fil-11.45 am.


Maħbuba binti l-għażiża, kif inti tista tikkonvinċi liż-żgħażagħ, u lil dawk maqbuda fi stil ta’ ħajja bla sens, hija l-isfida li Jiena issa qiegħed Nippreżentalek. Xogħolok hu, li tuża kull tip ta’ għodda ta’ komunikazzjoni moderna u disponibbli għalik, sabiex tikkonvinċi lis-soċjetà żagħżugħa moderna, dwar il-Verità tal-Eżistenza tiegħi. Jiena qiegħed Inwiegħed, li dawk l-ulied ċkejkna kollha tiegħi, li jingħataw il-Verità, permezz ta’ mezzi bħal dawn, li huma sejrin iħossu l-Preżenza tiegħi, hekk kif jaqraw dawn il-Messaġġi tiegħi. Qis li x-xandar u tikkonvertihom issa binti, ma’ kull rokna tad-dinja. Dan huwa r-rwol, li għalih inti ġejt magħżula. Jekk inti x-xandar il-Kelma tiegħi mill-bogħod, aktar nies jistgħu jintlaħqu. Uża l-Internet u l-midja. Is-segwaċi tiegħi involuti, maż-żmien, ukoll sejrin ixerrdu l-Verità ma’ kullimkien.

Din il-Missjoni għadha biss kemm bdiet. Il-pedamenti tpoġġew. Issa skont iż-żmien perfett ta’ Missieri, id-dinja sejra tagħti kas ta’ dawn il-Messaġġi Divini. Jien Wegħedt li sejjer Nerġa’ Lura fid-dinja. Sabiex inwitti t-triq, issa Jiena bgħatt il-Profeti tiegħi fid-dinja, inkluża lilek binti. Ħafna nies, issa qegħdin jirrispondu għas-Sejħa tiegħi, minn kull pajjiż fid-dinja, għalkemm leħinhom huwa ċkejken. Maż-żmien, huma wkoll se jinstemgħu, sabiex ikunu jistgħu jxandru l-Glorja tiegħi, ħalli iħabbru r-Ritorn tiegħi.

Għad fadal xi żmien qabel ma jseħħ dan ir-Ritorn Glorjuż tiegħi. Sadanittant, inti ara li tipprepara lil uliedi. It-Twissija l-Kbira sejra tikkonverti miljuni ta’ nies, iżda dan huwa biss il-bidu. Il-perjodu ta’ wara t-Twissija l-Kbira, sejjer u jrid jissarraf fit-trawwim tal-erwieħ (nies ħajjin), sabiex jiġi żgurat li huma jkunu ppreparati b’mod adegwat, ħalli jsiru dejni, biex jidħlu fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida ta’ Missieri fid-dinja.

Intom għandkom ħafna x’tissaportu uliedi, iżda o x’hemm jistennikom bil-ħerqa, meta intom sejrin tingħataw aċċess għal din l-Era Ġdida meraviljuża ta’ Paċi, Ferħ u Hena fid-dinja. Il-perseveranza tagħkom issa hija meħtieġa. Il-Kuraġġ u l-Qawwa ta’ Reżistenza, se jingħataw lil dawk, li jinvokaw l-Ispirtu s-Santu. Intom imbagħad, l-Armata tiegħi, sejrin terfgħu u ġġorru lil erwieħ ta’ dawk li tbiegħdu minni. Araw li ma tħallux lanqas waħda minn dawn l-erwieħ, tiġġerra bla direzzjoni fid-deżert. Qisu li titolbu għalihom. Uruhom imħabba u ifhmuhom. Araw li qatt ma tgħidulhom li huma ddestinati għall-Infern, jew takkużahom bid-dnub, għaliex dan huwa reat gravi f’Għajnejja. Minflok, araw li tkunu sodi, iżda mimlijin ħlewwa. Intom għidulhom biss il-Verità. Wara dan, ħallu kollox f’idejhom. Intom ma tistgħux uliedi, tirbħu l-erwieħ kollha. Intom tistgħu biss tagħmlu l-almu tagħkom.


Il-Maħbub Ġesù tagħkom


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM