Alla l-Missier: Jiem ix-Xitan Fuq Din l-Art Kważi Waslu Biex Jintemmu.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Missierna fis-Smewwiet, Alla l-Aktar Għoli, lil Marija Ħniena Divina, tad-29 ta’ Settembru, 2011, fit-8.15 pm.
Jiena l-Alfa u l-Omega. Jiena Alla l-Missier. Maħbuba binti, qiegħed joqrob iż-żmien, sabiex id-dinja tara l-Ħniena, li sejra tintwera lill-umanità minn Ibni l-Għażiż, Ġesù Kristu. Forzi tal-ħażen kotrana, jinsabu f’dawk l-erwieħ mitlufa (nies ħajjin) li qegħdin jagħtu l-lealtà tagħhom lill-Qarrieqi, jigifieri x-Xitan (Satana). Issa huma wkoll jinsabu ppreparati għat-Twissija l-Kbira, imma b’arroganza jemmnu, li l-qawwa mwiegħda lilhom mix-Xitan, sejra tmexxihom lejn xi ġenna dinjija ġdida oħra, li fil-fatt ħolqu huma stess. Din hija l-akbar gidba mwettqa mix-Xitan, u li dawn waqgħu għaliha. Id-dlam tar-ruħ tagħhom ifisser, li f’qalbhom m’huma se juru l-ebda ħniena ma’ dawk li jemmnu Fija, Jiena Alla l-Ħallieq ta’ Kollox. Madankollu, il-qawwa li għandhom, issa hija aktar dgħajfa minn qabel.
Il-jiem tax-Xitan fuq din l-art, kważi waslu biex tintemmu. Imma hu, ix-Xitan, mhux se jistrieħ qabel ma jkun qabad fin-nasses tiegħu, miljuni minn dawn l-erwieħ żbaljati, imqarrqa u delużi. Inti qis li titlob għalihom binti, għaliex huma mixjin bla skop fil-ħajja. Huma maqtugħin mir-rejaltà, u minħabba l-paniku li jinsabu fih, se jippruvaw dak kollu li hu possibbli, sabiex jikkontrollaw lil uliedi, bil-ħwejjeġ tagħhom tad-dinja. Issa araw li tagħtu kas tal-Kelma tiegħi. L-umanità, m’għandha l-ebda qawwa. L-unika qawwa, sejra tkun permezz tat-talb, li huwa l-armatura tagħkom kontra dawn in-nies krudili. Huma, mid-dnub il-mejjet tagħhom, Lili insulentawni, kif ukoll lil-Ħolqien Prezzjuż tiegħi, u ta’ dan, huma se jsofru. Tant ġrajjiet issa sejrin jiżvolġu, quddiem għajnejn dinja li ma temmen f’xejn. Tant minn uliedi se jkunu mħawdin f’moħħhom u xxukkjati, ta’ meta jħossu t-tbatijiet tal-Purgatorju u tal-Infern.
Il-midinbin kollha, sew matul, u sew wara t-Twissija l-Kbira, sejrin jesperjenzaw dak li kieku kienu jsofru, li kieku kellhom jitilfu ħajjithom. Dawk fid-dnub, sejrin isofru l-istess ħruq tal-purifikazzjoni bħal dawk l-erwieħ fil-Purgatorju, li bħalissa jinsabu jistennew id-dħul tagħhom fis-Saltna Glorjuża tiegħi. Dawk fid-dnub il-mejjet, sejrin jesperjenzaw id-disperazzjoni tal-waħx u d-dlam tan-nirien tal-Infern.
Din it-tbatija mhux sejra ddum wisq, u mbagħad, huma se jduqu d-dinja li kienu qiegħdin jesperjenzaw qabel it-Twissija l-Kbira mill-ġdid. Din id-dinja, sejra tkun differenti bil-bosta minn dik ta’ qabel. Għaliex fl-aħħar, għajnejhom se jinfetħulhom għall-Verità tal-Ġenna, tal-Infern u tal-Purgatorju. Imbagħad, huma se jkollhom jagħżlu liema triq jixtiequ jieħdu. Inti forsi timmaġina binti, li huma fil-fatt sejrin jieħdu t-triq, lejn l-Imħabba u l-Kompassjoni Divina tiegħi, iżda dan mhux se jkun il-każ minn tant midinbin ħarxa. Tant sejrin ikunu infestati bil-wegħdiet foloz u vojta li jkun għamlilhom il-Qarrieqi, li se jerġgħu lura sabiex isegwu d-direzzjoni falza tiegħu. Huma sejrin jiġġieldu, jitqabdu, u permezz tal-influwenza fuqhom mid-Demonji, mibgħuta mix-Xitan mill-qiegħ tal-Infern, se jħallu lir-ruħhom tinġibed fil-pjan krudil tiegħu għall-ħakma globali.
Din hija sejħa urġenti sabiex tħeġġeġ lilkom ilkoll, ħalli tfittxu l-maħfra minn qalbkom għal ħajjitkom stinata u kapriċċuża. Għad għandkom il-ħin biex tagħmlu dan, imma tridu tagħmluh malajr. Qisu li tippreparaw sabiex titolbu l-Ħniena. Jien Inħobb lil uliedi kollha. L-Avveniment il-Kbir huwa għall-ġid ta’ wliedi kollha. Mela allura minflok il-biża’, ħallu l-Imħabba tiegħi tgħattikom biex issaħħaħkom. B’dan il-mod intom tkunu tistgħu tifilħu għat-tbatija, li ġejja.
Il-Maħbub Missier Etern tagħkom,
Alla l-Aktar Għoli