Il-Konsegwenzi tat-Twissija l-Kbira.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tad-29 ta’ Settembru, 2011, fit-8.45 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, hekk kif it-Twissija l-Kbira qegħda fil-qrib, jekk jogħġbok, itlob lis-segwaċi għeżież tiegħi, sabiex jitolbu u jifirħu b’ringrazzjament, għall-Ħniena l-Kbira, li l-Missier Etern tiegħi ta lill-umanità. Se jkun minħabba dan l-Att Glorjuż ta’ Mħabba Safja, li aktar mill-umanità tista’ tiġi Salvata, sabiex tgawdi l-era ta’ paċi fid-dinja. Qisu li tkunu grati li tinsabu tgħixu f’dawn iż-żminijiet, għaliex miljuni minnkom sejrin jiġu Salvati, li altrimenti, qatt ma kontu sejrin tidħlu mill-Bieb tal-Ġenna.
It-tħejjijiet issa huma lesti. Intom araw li tippreparaw djarkom b’xemgħat imbierka, u provvista ta’ ilma u ikel għal ftit ġimgħat. Il-konsegwenzi se jkunu diffiċli, imma m’għandkomx għafejn tibżgħu. Minflok, għandkom isserħu raskom, għaliex din it-tbatija għandha tiġi offruta bħala radd il-ħajr għall-Ħajja ta’ Dejjem, li issa qegħda tingħata lill-erwieħ prezzjużi tiegħi (nies ħajjin) li jħaddnu dan ir-Rigal il-Kbir.
Ibqgħu fil-paċi. Qisu li intom tafdaw Fija, għaliex ftakru, li Jien is-Salvatur tagħkom, u li Jiena Noffri lil dawk l-erwieħ fidili Lejja, protezzjoni kontinwa. Jiena ninsab Miexi magħkom. Qiegħed Niggwidakom. Qiegħed Inżomm idejkom b’Imħabba tenera. Intom Tiegħi u qatt mhu se nħallikom toħorġu minn Qalbi Mqaddsa. Intom, is-segwaċi tiegħi, u tinsabu mdawrin bil-Grazzji li teħtieġu sabiex tibqgħu ħajjin waqt it-Twissija l-Kbira.
Il-Maħbub Ġesù tagħkom,
Is-Salvatur u r-Redentur tal-Umanità kollha