Dawk l-Erwieħ ta’ Qalbhom Iebsa, Mhux se Jsibu t-Twissija l-Kbira Faċli

Il-Ġimgħa, 30 ta’ Settembru 2011 @ 21:15

Dawk l-Erwieħ ta’ Qalbhom Iebsa, Mhux se Jsibu t-Twissija l-Kbira Faċli.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-30 ta’ Settembru, 2011, fid-9.15 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, il-Kompitu tiegħi, li Nikkonverti l-erwieħ, issa qiegħed jiżdied fil-qawwa tiegħu. Jekk jogħġbok, wissi kemm tiflaħ nies, sabiex tipprepara l-erwieħ tagħhom, qabel it-Twissija l-Kbira. Informa lil dawk is-Saċerdoti, s-Sorijiet, l-Isqfijiet u d-denominazzjonijiet l-oħra kollha, li jemmnu fil-Missier Etern tiegħi, sabiex jisimgħu l-Kelma tiegħi. Tant minn uliedi jinsabu f’daqstant dlam, li d-Dawl tal-Glorja Divina tiegħi, sejjer jweġġagħlhom ruħhom. Huma sejrin jħossu uġigħ ta’ veru, għaliex mhux se jkunu jistgħu jissaportu dan l-Att Kbir tal-Ħniena tiegħi.

Xi whud minn nies jitbissmu b’divertiment b’dawn il-Messaġġi qaddisa. Dan Lili jagħmilni Qalbi Sewda. Huma jagħmlu hekk, mhux għax ma jemmnux, li Jiena nkellimhom b’dan il-mod, imma għaliex ma jridux jemmnu Fija. Lilkom ilkoll, li tinsabu nkwetati dwar il-maħbubin tagħkom, jekk jogħġobkom, itolbu li l-purifikazzjoni li huma sejrin jiffaċċjaw, matul it-Twissija l-Kbira, fl-aħħar twassalhom f’Qalbi.

Jiena issa qiegħed Nistaqsi lis-segwaċi kollha tiegħi, sabiex jipproteġu lilhom infushom mix-Xitan (Satana). Intom għandkom traxxu u tbierku kull rokna tad-dar tagħhom bl-Ilma Mbierek, tilbsu s-Salib Benedittin u żżommu l-kuruna tar-Rużarju qrib tagħkom. Qisu li titolbu wkoll lil San Mikiel l-Arkanġlu. Ix-Xitan u l-armata tas-segwaċi tiegħu, sejrin jagħmlu minn kollox, sabiex jikkonvinċukom, li mhux Jiena Hu, li qiegħed Nitkellem. Ix-Xitan u d-Demonji tiegħu sejrin jibdew jitturmentawkom, u jpoġġu dubji terribbli f’moħħkom. Intom uliedi, iva tistgħu twaqqfuh, jekk intom issegwu l-Istruzzjonijiet tiegħi. Sfortunatament, huwa xorta se jirnexxielu jdawwar l-imħuħ tal-erwieħ dgħajfa, billi Lili jwarrbuni kompletament.

L-erwieħ ta’ qalbhom iebsa, mhux se jsibu t-Twissija l-Kbira faċli. Huma sejrin jargumentaw Miegħi, dwar il-mod kif offendewni. Lanqas in-nirien jaħarqu tal-Infern, li huma sejrin jesperjenzaw matul it-Twissija l-Kbira, m’huma se jħassru d-dubji kollha li għandhom tal-Eżistenza tiegħi. Ħafna nies, sejrin ixerrdu l-gideb dwar it-Twissija l-Kbira, wara li din isseħħ. Huma, l-idolatri, l-ilsiera tax-Xitan, sejrin jivvintaw gidba, sabiex ixerduha ma’ kullimkien. Xi argumenti xjentifiċi sejrin jitressqu, sabiex jispjegaw dan l-Avveniment. Għaliex huma ma jridux jisimgħu l-Verità. Dawn in-nies għandhom bżonn ħafna talb għalihom. Il-qabda tax-Xitan, ħakmet lid-dinja b’tant qawwa, bħal f’morsa, li Ismi mhux se jiġi msemmi aktar fil-pubbliku. Id-diskussjoni dwar l-Eżistenza tiegħi fid-dinja, sejra tidher bħala suġġett ta’ konverżazzjoni imbarazzanti.

Ismi llum, qiegħed jintuża aktar bħala lingwaġġ pastas, jew agħar minn hekk, meta wieħed jidgħi bi lsienu. Imma isimgħuni issa: Ismi sejjer jinstema’ u sejjer jiġi aċċettat għal darb’oħra wara t-Twissija l-Kbira, minn dawk li jikkonvertu. Imbagħad Ismi, sejjer jintuża meta wliedi jitolbu Lili.


Il-Maħbub Ġesù tagħkom


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM