Il-Verġni Marija: Il-Qarrieqi Wkoll Qiegħed Jipprepara għat-Twissija l-Kbira

Is-Sibt, 1 ta’ Ottubru 2011 @ 20:30

Il-Verġni Marija: Il-Qarrieqi Wkoll Qiegħed Jipprepara għat-Twissija l-Kbira.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ minn Omm Alla, Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tal-1 ta’ Ottubru, 2011, fit-8.30 pm.


Binti, int ara li titlob għal dawk l-erwieħ kollha (nies ħajjin) li warrbu lil Ibni, u li anke jinsabu kburin b’dan il-fatt. Iż-żmien qiegħed joqrob, hekk kif Ibni sejjer jerġa’ Jipprova Jsalva lid-dinja mid-dannazzjoni eterna fl-Infern. Huwa importanti binti, li inti tibqa’ ubbidjenti f’dak kollu li Jitlob minnek Ibni l-Għażiż.

Huwa qiegħed Ibati, u jrid Isalvakom ilkoll mill-ħakma tal-Qarrieqi. Hu, l-Qarrieqi, wkoll qiegħed jipprepara għat-Twissija l-Kbira. Filwaqt li Ibni, permezz tal-Ħniena tiegħu, sejjer Isalva kemm Jista’ erwieħ, hu, l-Qarrieqi, sejjer jipprova jikkonvinċihom, li t-Twissija l-Kbira kienet biss illużjoni. Ix-Xitan (Satana) għandu jiġi miżmum milli jaħtaf dawk l-erwieħ li m’huma jindunaw u jissuspettaw f’xejn. Qis li żżommhom ilkoll fit-talb tiegħek, għaliex huma dawk li l-aktar għandhom bżonn it-talb tiegħek.


L-Imbierka Ommok, 
Is-Sultana tas-Sema


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM