Qisu li Tifirħu Meta Taraw is-Sema Tisplodi, Għaliex Għalikom Tfisser li Jiena Inkun Wasalt

Il-Ħadd, 2 ta’ Ottubru 2011 @ 15:00

Qisu li Tifirħu Meta Taraw is-Sema Tisplodi, Għaliex Għalikom Tfisser li Jiena Inkun Wasalt.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-2 ta’ Ottubru, 2011, fit-3 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, ix-xejriet tat-temp issa qegħdin jinbidlu, u dan bħala sinjal ieħor, li ż-żminijiet waslu biex jinbidlu. Bidliet oħra wkoll sejrin jiġu esperjenzati. Ix-xemx tibda tħabbat bħal polz tal-qalb, u ddur fuqha nnifisha, fit-tħejjija għad-dinja, hekk kif din tkun qegħda tiġi ppreparata għat-Twissija l-Kbira. L-ewwel mhu sejjer jidher, se jkun is-Salib tiegħi fis-sema. In-nies sejrin jinħasdu, imma dan ikun qiegħed jingħata bħala sinjal, sabiex tkunu tistgħu tippreparaw ruħkom, u titolbu l-maħfra għad-dnubiet li għamiltu. Jekk tagħmlu dan, intom mhux se tbatu matul it-Twissija l-Kbira.

Itolbu, itolbu u itolbu, segwaċi tiegħi kull fejn tinsabu. Ifirħu meta taraw is-sema tisplodi, għaliex għalikom tfisser, li Jien Inkun verament Ġej fid-dinja. Fl-aħħar, il-bnedmin mhux se jkunu jistgħu jiċħduni aktar. L-Imħabba tiegħi sejra ddawwal lil kull rokna fid-dinja, hekk kif Jiena Nipprova Niġbed l-erwieħ kollha u kullimkien Lejja.

Dan l-Avveniment, tant se jiġri għal għarrieda, li d-dinja se tieqaf bil-qatgha kbira li se tieħu. Meta bil-mod il-mod, in-nies jibdew jirkupraw, ħafna xorta mhux se jkunu ċerti dwar xi jkun ġara eżatt. Hekk kif Jiena Niġi, hekk ukoll sejrin jiġu x-Xitan (Satana) u d-Demonji mill-Infern, li se jippruvaw jibilgħu l-erwieħ ta’ wliedi. Huwa għalhekk, li Jien irrid Inħeġġiġkom ilkoll, sabiex traxxu u tbierku djarkom bl-Ilma Mbierek u sabiex ikollkom xemgħat imbierka kullimkien. Intom jeħtieġ li żżommu ruħkom protetti.

Bħala tħejjija, Jiena qiegħed Nitlobkom dan: Itolbu għal dawk kollha li ma jistgħux isibuha f’qalbhom, sabiex jaċċettaw il-Verità tat-Tagħlim tiegħi. Itolbu speċjalment għal dawk li jagħmlu sforzi kbar sabiex jiċħduni, għalkemm huma konxji tal-Kruċifissjoni tiegħi sabiex Insalvahom. Ftakru li Jiena Mit għal kull wieħed u waħda minnkom, sabiex Insalvakom ilkoll. Ftakru, li din id-darba Jiena Ġej għal darb’oħra, sabiex Insalvakom, kull wieħed u waħda minnkom. Jiena ma Neskludi lil ħadd.

Issa huwa ċ-ċans tagħkom uliedi, sabiex tkunu assigurati mill-post tagħkom fl-Era ta’ Paċi fid-dinja. Għaliex intom m’għandkomx tkunu parti minn dan kollu? Għaliex għandu xi ħadd jagħżel konxjament il-qiegħ tal-Infern minflok dan ir-Rigal Kbir? Ifirħu. Itolbu w irringrazzjaw lil Alla l-Missier għal din it-Twissija l-Kbira. Qisu li tgħannqu magħkom dan ir-Rigal bl-imħabba u l-ferħ f’qalbkom.


Is-Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM