Jiena Qatt Mhu Sejjer Nabbandunakom Uliedi. Huwa Għalhekk li Jiena Ġej

It-Tnejn, 3 ta’ Ottubru 2011 @ 12:30

Jiena Qatt Mhu Sejjer Nabbandunakom Uliedi. Huwa Għalhekk li Jiena Ġej.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-3 ta’ Ottubru, 2011, fin-12.30 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, illum Jiena qiegħed Nitkellem magħkom dwar il-ħtieġa li tifhmu x’inhi t-Twissija l-Kbira, sabiex tneħħu minn moħħkom kwalunkwe konfużjoni dwarha. Ħafna nies jinsabu mbeżżgħin għaliex jemmnu li din hija Jum il-Ġudizzju. Imma din mhux hekk. It-Twissija l-Kbira għandha tkun Jum ta’ Ħniena Divina u Glorja, li sejra tgħatti lid-dinja kollha. Ir-Raġġi tal-Ħniena tiegħi sejrin jitferrgħu fuq kull raġel u mara, tifel u tifla fid-dinja. Ħadd mhu se jkun eskluż. U ħadd tfisser ħadd. Dan huwa r-Ritorn tiegħi fid-dinja, sabiex għal darb'oħra, Jiena Nsalvakom. Jaqw ma kontux tafu li Jiena dejjem kont sejjer nkun Ħanin magħkom? U li Jiena qatt ma kont sejjer Nistenna sal-Jum tal-Ġudizzju Finali, ħalli għal darb'oħra Nipprova Nsalvakom ilkoll?

Din hija l-Purifikazzjoni li Jiena  tkellimt dwarha. Bi tħejjija għal dan l-Avveniment il-Kbir, id-dinja diġà ġarrbet purifikazzjoni għal dawn l-aħħar sentejn. Jiena Ħallejt lill-umanità tbati telf, sabiex tikseb l-umiltà, minħabba l-kollass globali tas-swieq finanzjarji, għalkemm dan ma kienx ikkawżat Minni. Dan il-kollass, kien imfassal minn gruppi globali f’postijiet ta’ poter, inklużi l-kurituri tal-gvernijiet, madwar id-dinja kollha, minħabba r-regħba krudili tagħhom. Sa dan it-tant, minħabba din it-tbatija, miljuni ta’ nies issa sejrin ikunu lesti li jisimgħu l-Kelma tiegħi u jaċċettaw il-Ħniena tiegħi. In-nies ma kienux ikunu lesti, li kieku kien mod ieħor. M’hemm xejn minn xiex għandkom tibżgħu, jekk intom tħobbuni u tgħixu skont il-Kmandamenti mogħtija lid-dinja minn Mosè, fuq l-istruzzjonijiet ta’ Missieri l-Etern.

Qisu li tistennew il-Wasla tiegħi b’antiċipazzjoni ta’ mħabba u ferħ, u li tkunu grati li intom ħajjin fid-dinja llum, sabiex tirċievu dan id-Don Kbir tiegħi tas-Salvazzjoni. Jiena qatt mhu sejjer nabbandunakom uliedi. Huwa għalhekk li Jiena Ġej. Huwa għaliex Jien tant Inħobbkom, li qiegħed Nagħmel dan. Huwa minħabba li Jiena Ridt Nippreparakom u Nġibkom qrib Qalbi, li tajt lid-dinja l-Messaġġi tiegħi permezz tal-maħbuba binti.

Dawn il-Messaġġi sejrin jkomplu lil hinn mit-Twissija, sabiex wara, jkomplu jagħtukom kemm jista’ jkun gwida, rigward it-Tagħlim tiegħi. Il-Kelma tiegħi, li tinsab f’dawn il-Volumi ta’ Messaġġi, li Jien Nirreferi għalihom bħala l-Ktieb tal-Verità, sejra toħloq Armata Nisranija ġdida, li sejra tiddefendi lil Ismi sakemm tibda l-Era l-Ġdida ta’ Paċi fid-dinja.

Issa araw li tkunu ferħanin uliedi. Ħalluni Nserħilkom moħħkom, għaliex din se tkun l-ewwel darba li intom sejrin tiġu Quddiemi wiċċ imb wiċċ. Dan il-mument sejjer jkun għas-segwaċi tiegħi, ħin ta’ mħabba kbira, paċi u hena. Qumu issa u kunu sodi fuq riġlejkom. Għaliex intom privileġġjati u għal dan kollu, tridu toffru tifħir lil Alla l-Missier li Jista’ Kollox, li Ppermetta li dan iseħħ.

Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM