L-Era ta’ Paċi Mhix 'il Bogħod.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur Divin tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-4 ta’ Ottubru, 2011, fit-3.30 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, l-Era l-Ġdida dalwaqt se ssir realtà, u fil-futur qrib. L-Era ta’ Paċi se titgawda mis-segwaċi kollha tiegħi. Din sejra tkun perjodu ta’ mħabba, ferħ u paċi, u mhux se jkun hemm mard, uġigħ, u inkwiet finanzjarju, għaliex kull ma se jkollkom bżonn, sejjer jiġi Pprovdut Minni. Intom uliedi, mhu se jkun jonqoskom xejn, hekk kif Jien se Nieħu Ħsiebkom u Nħaddankom fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida tiegħi, bħalma ġenitur jieħu ħsieb t-tarbija tiegħu. Dan għandu jiġi milqugħ tajjeb. Huwa għan, li għalih intom ilkoll tridu tistinkaw.
M’hemmx għalfejn tistennew biex tibdew tippreparaw ħalli tidħlu fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida u tal-Paċi tiegħi. Għaliex intom tistgħu ssibu ruħkom fejn tkunu spiċċajtu tard wisq. Ippjanaw mil-lum, għaliex ma tafux meta se jiġri dan. Fil-fatt, tant sejjer jasal daqshekk malajr u għal għarrieda, li intom, is-segwaċi tiegħi, sempliċement se ssibu ruħkom hemmhekk f’daqqa waħda, f’teptipa ta’ għajn. Huwa għalhekk li tridu tibdew tippreparaw ruħkom minn issa, għaliex l-erwieħ safja biss jistgħu jidħlu hemmhekk.
Iż-żmien huwa essenzjali. Din t’issa uliedi, hija waħda mill-aħħar Sejħiet tiegħi għalikom, sabiex tirranġaw ħajjitkom qabel it-Twissija l-Kbira. Qisu li tippreparaw kuljum u tafdaw fil-Kelma Divina tiegħi, hekk kif issa qegħdin tiġu ordnati sabiex isegwu t-Talbiet Ħerqana tiegħi għas-Salvazzjoni tal-erwieħ (nies ħajjin). L-Era ta’ Paċi issa mhix 'il bogħod, u Nħeġġiġkom sabiex tippreparaw lill-familji tagħkom, sabiex tkunu lkoll ħaġa waħda fis-Saltna l-Ġdida tiegħi.
Is-Salvatur Divin tagħkom,
Ġesù Kristu