Il-Gruppi Globali Taħt id-Dominju tal-Antikrist.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-5 ta’ Ottubru, 2011, fid-9 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, Jien ninsab Kuntent bil-mod kif inti żidt in-numru ta’ sigħat tiegħek fl-Adorazzjoni Lejja. Dan huwa tajjeb, għaliex il-Grazzji tiegħi mogħtija lilek matul dan iż-żmien speċjali, se jqawwu r-rieda tiegħek li xxerred aktar il-Messaġġi tiegħi. Issa li aktar minn uliedi qegħdin jindunaw li l-atmosfera fid-dinja, kemm politikament, kif ukoll ekonomikament, inbidlet lil hinn minn dak li jistgħu jifhmu, huma dalwaqt sejrin jaraw il-Verità. Il-mexxejja globali li Jiena qiegħed nitkellem dwarhom, li minħabba l-kodardija u l-viltà tagħhom, huma jmorru jinħbew fejn ma tistax tarahom, issa qegħdin ikomplu jżidu l-pjanijiet tagħhom għal dominazzjoni globali.
Huma jinsabu jibnu armati ta’ suldati, armi u sustanzi velenużi, kollha b’għan wieħed f’moħħhom: li jeqirdu lil uliedi. Meta dawk l-osservaturi bravi jippubblikaw il-verità, din kull darba tiġi kkundannata mill-mexxejja globali, bħala sempliċement teorija falza ta’ xi komplott. Għaliex inti għandek tifhem, li dawn il-gruppi, tant huma qawwija, magħqudin bejniethom ħaġa waħda flimkien, bid-dehra esterna rispettabbli tagħhom, li jistgħu jinfluwenzaw il-verità u jaħbuha mill-għajnejn il-pubbliku.
Aċċettaw uliedi, li dan il-grupp krudili, qiegħed iqum sabiex jagħmel battalja kontra s-segwaċi u l-mexxejja tiegħi stess fil-Knisja. Huma saħansitra, rnexxielhom jinfiltraw il-Knisja tiegħi minn ġewwa. Il-velenu tagħhom, igelgel bħal nixxiegħa li tinfirex mad-direzzjonijiet kollha. Huma għandhom pjan, sabiex mhux biss iqarrqu bikom, iżda wkoll sabiex saħansitra jirreklutawkom, ħalli ssiru taħsbu bħalhom. Minn barra, huma se jidhru li qegħdin joffru lid-dinja, xi salvazzjoni taħt l-iskuża ta’ sforzi umanitarji. Is-suppost soluzzjonijiet kreattivi tagħhom, sabiex taparsi jagħmlu l-ħajja tagħkom aktar faċli, se jkunu fil-forma li jgħaqqdu fluskom, l-ikel tagħkom, saħħitkom, il-ġid tagħkom u r-reliġjon tagħkom, lkoll bħala ħaġa waħda, u kollha taħt dominju wieħed, jiġifieri, id-dominju tal-Antikrist.
Jekk jogħġobkom, uliedi innoċenti, araw li tirrifjutaw it-tentattivi ta’ dawn in-nies ħżiena, sabiex jiġbdukom fil-pjan krudili tagħhom. Huma jridukom, permezz tal-istess kunsens tagħkom, tiċħdu lil Alla l-Missier li Jista’ Kollox. Imbagħda, ladarba jikkontrollawkom b’dan il-mod, intom tispiċċaw mitlufin Minni. Huma sejrin jikkontrollaw dak li tieklu, fl-liema prattiċi reliġjużi tipparteċipaw fihom, u l-mediċina li jipprovdulkom huma stess.
Qisu li titolbu u titolbu lil Alla l-Missier, sabiex iwaqqaf l-atroċitajiet ħżiena tagħhom issa, u itolbuh Jaħfer l-erwieħ tagħhom matul it-Twissija l-Kbira. Għaliex irrispettivament minn x’inhuma l-pjanijiet qarrieqa tagħhom, huma jinsabu l-aktar fil-bżonn tat-talb tagħkom. Huma l-pupazzi tax-Xitan (Satana), huma l-erwieħ msieken u żbaljati, u li f’ħafna każijiet, ma jafux x’qed jagħmlu, jew minn fejn ġejjin l-ordnijiet li huma jridu jobbdu. Itolbu l-Kurunella tal-Ħniena Divina tiegħi għal dawn l-erwieħ kuljum, jekk tistgħu u sakemm tistgħu. Għinuni Nsalvahom.
Ġesù tagħkom