Il-Falliment Bankarju Tagħkom Kien Imfassal mill-Antikrist

Il-Ħamis, 6 ta’ Ottubru 2011 @ 22:45

Il-Falliment Bankarju Tagħkom Kien Imfassal mill-Antikrist.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-6 ta’ Ottubru, 2011, fl-10.45 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, qis li titlob bil-qawwa kollha, għaliex l-Antikrist lest biex joħroġ mill-moħba tiegħu, u se jaqbeż fuq id-dinja sabiex jibla’ lil uliedi. Il-pjan makakk tiegħu, sejjer ikun mistoħbi wara d-dehra ħelwa tiegħu minn barra. Huwa jiġbdek u jinqala’ biex jitkellem, imma meta wliedi jħarsu f’għajnejh, ma jarawx ħlief dlam, għaliex hu m’għandux ruħ. Huwa ma nħoloqx minn Id Alla l-Missier. Araw li titolbu uliedi issa, kull wieħed u waħda minnkom, sabiex twaqqfuh milli jeqred lil dawk kollha li qiegħed jikkontrolla minn ġol qalba tal-Ordni Dinjija u Waħdanija.

It-talb jista’ jtaffi ħafna mill-pjanijiet krudili tiegħu kontra l-bnedmin kollha. Sfortunatament, ħafna sejrin jiġu mqarrqa minnu. Jiena, daqs illum, qatt qabel ma ħeġġiġt lil uliedi għal daqstant talb, għaliex mingħajr it-talb tagħkom, il-ħsibijiet moħbija tiegħu, li jinsab iħejji bil-moħbi minn taħt, sejrin jitwettqu kif imħabbra fil-Ktieb tal-Apokalissi. Il-preżenza tiegħu fid-dinja kollha, issa qegħda tinħass kullimkien, imma madankollu, l-azzjonijiet tiegħu xorta ma jidhrux. Huwa bħal ġebla, li meta tintefa’ l-baħar, toħloq ċrieki fl-ilma, li jistgħu idumu jivvjaġġaw għal mili sħaħ. Hu jrid jeqridkom, għax intom uliedi.

Dawk uliedi, li jsegwu kull mossa tiegħu, bħall-iskjavi, għandhom għajnejhom mgħammda. L-atroċitajiet sigrieti mwettqa minn dawn in-nies u segwaċi tiegħu, qegħdin joħolqu dwejjaq kbar fil-Ġenna tas-Sema. Uliedi, Jien irrid Inħeġġiġkom sabiex titolbu lil San Mikiel l-Arkanġlu, ħalli jwaqqaf lix-Xitan (Satana) f’dawn iż-żminijiet imqallba. L-Antikrist miexi mgħaġġel, u l-influwenza tiegħu qegħda tħaffef il-pjan globali sabiex jgħaqqad ħaġa waħda, l-muniti tagħkom kollha u kullimkien. Il-falliment bankarju tagħkom kien il-kapolavur intenzjonat tal-Antikrist, ħalli meta l-pajjiżi tagħkom ikollhom bżonn l-għajnuna, hu u l-qaddejja kattivi tiegħu, jqumu biex taparsi jsalvaw lil pajjiżkom. Stenbħu mill-irqad intom ilkoll, ħarsu sew u araw x’qiegħed jiġri quddiem għajnejkom stess. Huwa jinsab jistenna biex jattakka, imma t-talb tagħkom jista’ jtaffi ħafna mill-azzjonijiet tiegħu, u anke jwaqqfuh tal-post. L-idejn maħmuġin tiegħu, huma lesti biex jaqbdukom f’għanqbuta, li intom sejrin ssibuha diffiċli sabiex imbagħad tinħallu minnha.
 
Ftakru uliedi, li ż-żmien li fadallu fid-dinja x-Xitan huwa qasir. L-Antikrist intbagħat biex jisraq l-erwieħ (nies ħajjin) minngħand Missieri. Dawn l-erwieħ huma ta’ Missieri, Alla l-Ħallieq ta’ kollox u ta’ kulħadd. Il-wegħda mill-Antikrist, ta’ univers li ma jispiċċa qatt, hija bla sens. Ħafna erwieħ issa jinsabu mħajra għall-ħażen minn din id-duttrina ġdida, li mhix ħlief ħsara waħeda. Jiena, dawn in-nies qiegħed Narahom jaqgħu f’dan il-bir bla qiegħ u mudlam, u għalihom Jiena Nibki Dmugħ ta’ swied il-qalb kbir. Għaliex ladarba dawn l-erwieħ isegwu din it-triq ta’ ngann, huma jiġu kkontaminati. L-attitudni tagħhom lejn ħaddieħor, inkluż lejn il-familjari tagħhom stess, tant tinbidel, hekk kif qalbhom tiksaħ. Il-qawwa tax-Xitan hija kbira, iżda Alla l-Missier sejjer Jindaħal u Jikkastiga lis-segwaċi tal-Antikrist fuq din l-art, bl-aktar mod iebes. It-Twissija l-Kbira hija l-aħħar ċans għalihom li jindmu, jitolbu maħfra u jagħtu daharhom lill-Antikrist. Qisu li titolbu sabiex id-Dawl tiegħi, jippenetra kull persuna matul it-Twissija l-Kbira, speċjalment ta’ dawk l-erwieħ mitlufa, ħalli jkunu jistgħu jiġu Salvati minn dan id-dlam tal-waħx.


Il-Maħbub tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM