Il-Verġni Marija: Id-dnub tal-Indifferenza Lejn Ibni, Issa Jinsab Mifrux Ħafna.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ minn Omm Alla, Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tat-8 ta’ Ottubru, 2011, fis-2.20 pm.
Nota: Dan il-Messaġġ ingħata waqt Dehra privata tal-Omm Imbierka, li damet 30 minuta.
Binti, tant hemm erwieħ (nies ħajjin) li bħalissa huma ddestinati għall-Eżilju Etern, jekk huma mhux sejrin iduru lura lejn Ibni l-Prezjuż. Ibni jinsab ibati Dieqa ta’ Qalb kbira, hekk kif Huwa Jara lil dawn l-ulied, jixxenglu minn naħa għal oħra, u minn triq ħażina għal oħra fil-ħajja. Id-dnub tal-indifferenza lejn Ibni, issa jinsab mifrux ħafna u madankollu, bosta li jafu bl-Eżistenza tiegħu, mir-rieda ħielsa tagħhom stess, huma xorta jibqgħu jagħżlu li jiċħduh.
Issa huwa ż-żmien, meta dawn in-nies sejrin jifhmu x’hemm lest għalihom, jekk huma ma jindmux matul l-Illuminazzjoni tal-Kuxjenza, li huma sejrin jesperjenzaw dalwaqt. Għal dawk minnkom li tħobbu lil Ibni, araw li terfgħu s-Salib tiegħu, u tgħinuh Iġib Lura lil dawk l-erwieħ li Hu tant Jixtieq Iżommhom f’Dirgħajh il-Prezzjużi u mimlija Mħabba.
Hemm tant nies minnkom uliedi, u li għadkom ma tafux verament lil Ibni, imma li żgur, sejrin tifhmu il-Ħlewwa u t-Tjubija ta’ Qalbu. Huwa Jinsab tant Mimli Mħabba għalikom ilkoll, fejn li kieku kellkom taraw it-Tbatija tiegħu, minħabba ċ-ċaħda tieghu minn tant nies, kieku intom kontu tinżlu wiċċkom mal-art tibku, u titolbu għall-maħfra tad-dnubiet tal-umanità kollha. Jekk jogħġobkom, Jiena qegħda Nħeġġiġkom ilkoll, sabiex titolbu bil-ħerqa, għall-konverżjoni tant mixtieqa minn Ibni, matul it-Twissija l-Kbira.
L-Imbierka Ommkom,
Is-Sultana tal-Umanità kollha