Din Hija l-Era ta’ Kotra Sħiħa ta’ Profeti Foloz, Mibgħuta Mix-Xitan

Is-Sibt, 8 ta’ Ottubru 2011 @ 16:20

Din Hija l-Era ta’ Kotra Sħiħa ta’ Profeti Foloz, Mibgħuta Mix-Xitan.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-8 ta’ Ottubru, 2011, fl-4.20 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, hekk kif il-Viżjonarji Ġenwini tiegħi qegħdin joħorġu fid-dinja, hekk ukoll se jagħmlu l-Viżjonarji Foloz. Inti kapaċi tagħrafhom, billi teżamina bir-reqqa l-messaġġi tagħhom li jagħtu lid-dinja. Dan għaliex minħabba x’imkien ġo fik, inti sejra tinduna, li t-Tagħlim tiegħi u l-Verità, li tinsab fil-Bibbja l-Aktar Imqaddsa, ġew imbagħbsa. Dan il-gideb huwa tant fin u sottili, li dawk biss b’tagħlim veru tal-Iskrittura Mqaddsa, li jkunu jistgħu jindunaw bih. Oqgħodu attenti uliedi, għal kwalunkwe mibegħda, li Viżjonarji Foloz bħal dawn joħolqu fost is-segwaċi tagħhom, meta huma jgelldu, jifirdu u jisseparaw il-familji. Il-kulti li joħorġu mix-xogħol ta’ dawn il- Viżjonarji Foloz, issa se jinfirxu mad-dinja kollha, sabiex jikkawżaw konfużjoni u ansjetà fost dawk li jemmnu Fija.

Kulfejn tinsab il-Kelma Mqaddsa tiegħi, intom sejrin issibu l-imħabba. Il-Messaġġi tiegħi irawwmu l-imħabba u l-armonija, u ma jonqsux li jaffettwawlkom ruħkom. Il-Messaġġi tiegħi, dejjem sejrin jgħidu l-Verità, u filwaqt li xi drabi jkunu ċari ħafna u tal-biża’, dawn qegħdin jingħatawlkom b’imħabba uliedi. Il-Viżjonarji Foloz sejrin iwasslu messaġġi li ma jkunux faċli, la biex jinqraw u lanqas sabiex jinftiehmu. Mal-ewwel daqqa t’għajn, il-messaġġi tagħhom, juru sens ta’ awtorità, u xi sentiment ta’ mħabba. Madankollu, dawn il-messaġġi mhux sejrin jġibulkom il-paċi f’qalbkom. Viżjonarji bħal dawn, li ħafna minhom mhux ġejjin minn Alla, l-ewwel iħajruk għal ħażen, imbagħad jikkontrollawk, sakemm fl-aħħar jiġbduk ġo sodda mimlija gideb u qerq. 

Ix-Xitan (Satana) u l-armata tiegħu, sejrin jinfluwenzaw Il-Viżjonarji Foloz bħal dawn. Hu jista’ saħansitra jattakka l-Viżjonarji Ġenwini, biex iħajjarhom jitbiegħdu Minni, f’konfużjoni sħiħa. Jien Inħeġġiġkom uliedi, sabiex toqogħdu attenti l-ħin kollu. Araw li tiċħdu mingħajr biża’ ta’ xejn, dawk il-messaġġi, li b’xi mod jikkontradixxu t-Tagħlim tiegħi, għaliex tistgħu isserħu raskom li huma foloz.

Jiena nitkellem biss, permezz ta’ numru żgħir u magħżul ta’ Viżjonarji Awtentiċi fid-dinja tal-lum. Minn dawn, hemm inqas minn għoxrin, u inqas milli taħsbu intom. Kull wieħed jew waħda minnhom, ingħata rwol differenti, iżda Leħni u l-Istruzzjonijiet tiegħi intom sejrin tagħrfuhom, għaliex jinstemgħu familjari minnkom. Dejjem sejjer jkun hemm skop għall-Messaġġi tagħhom, fejn kollha huma mfassla ħalli jinkoraġġixxu azzjoni min-naħa tagħkom sabiex tippreparaw ruħkom.

Kwalunkwe azzjoni mħeġġa minn dawk li jsejħu lilhom infushom viżjonarji, u li f’għajnejkom din l-azzjoni tidher stramba, jew li tħeġġeġ lis-segwaċi tagħhom sabiex jieħdu azzjonijiet, li ma jinvolvux l-imħabba tal-proxxmu tagħkom, allura mbagħad, intom araw li ttuhom dahrkom. Oqgħodu attenti, għaliex issa din hija l-Era tal-Profeta Falz, li dalwaqt joħroġ u juri lilu nnifsu lid-dinja. Hekk ukoll, din hija l-Era ta’ kotra sħiħa ta’ Profeti Foloz, mibgħuta mill-Qarrieqi fid-dinja, sabiex jikkawżaw konfużjoni u dlam tar-ruħ.


Il-Maħbub Ġesù tagħkom 
 

Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM