Alla l-Missier: Agħtu Widen Issa Matul Din l-Aħħar Sejħa Tiegħi lill-Umanità

Il-Ħadd, 9 ta’ Ottubru 2011 @ 15:30

Alla l-Missier: Agħtu Widen Issa Matul Din l-Aħħar Sejħa Tiegħi lill-Umanità.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Missierna fis-Smewwiet, Alla l-Aktar Għoli, lil Marija Ħniena Divina, tad-9 ta’ Ottubru, 2011, fit-3.30 pm.


Binti, għid lid-dinja bl-Imħabba li Jiena Għandi għall-ħlejjaq kollha tiegħi u kullimkien. Għarrafhom ukoll, li issa Jiena sejjer Inmexxi l-akbar Att ta’ Intervent Divin li qatt deher fid-dinja mill-Qawmien ta’ Ibni l-Għażiż, Ġesù Kristu, s’issa. Kollox huwa lest għal dan l-Att Kbir ta’ Ħniena, li Jien Approvajt, sabiex Ngħin fis-Salvazzjoni tagħkom ilkoll.

L-Imħabba tiegħi għalikom tfisser, li filwaqt li Jiena bi ħsiebi Niġġieled lill-Qarrieqi, fl-attentati tiegħu sabiex jeqred l-umanità, issa Jiena sejjer Nħalli dan l-aħħar Att ta’ Ħniena tiegħi sabiex Nikkonvertikom. Dan l-aħħar Att biex Nifdikom f’Għajnejja jfisser, li l-bniedem jista’ jerġa’ jitgħallem il-Verità tal-Eżistenza tiegħi. Uliedi, jekk jogħġobkom, milu ruħkom issa u itolbuni l-Ħniena għall-familji u l-maħbubin tagħkom. Jekk huma mhumiex fi stat ta’ grazzja, huma sejrin isibu t-Twissija l-Kbira diffiċli. Intom jeħtieġ li tinfurmawhom dwar il-bżonn li jimmeditaw fuq il-Verità.

Iż-żmien huwa qasir. It-Twissija l-Kbira kważi waslet fuqkom. Ladarba tkun għaddiet, ikollkom ħin biżżejjed sabiex tiddeċiedu liema triq tixtiequ tagħżlu, jiġifieri, jew it-triq tad-Dawl Divin, jew it-triq tal-Qarrieqi. L-għażla tkun tagħkom biss. Wara xi żmien, jekk il-bniedem ma jdurx mill-modi ħżiena tiegħu, Jiena sejjer neqred dawk il-pajjiżi li jagħtu ġieħ lill-Qarrieq. Huma sejrin ikunu jridu jinħbew Minni, meta Idi tiżel bis-saħħa tal-kastig, iżda ma jkollhomx fejn imorru.

Il-Paċenzja tiegħi issa qiegħda tispiċċa, hekk kif issa Jiena qiegħed Nippjana li Ngħaqqad lil dawk kollha li jemmnu Fija, il-Ħallieq ta’ kollox u Neħodhom miegħi fl-Era l-Ġdida tal-Paċi. Dawk li jagħżlu li jimxu fit-triq l-oħra, sejrin jintefgħu fin-nar tal-Infern. Araw li tagħtu widen issa għal din l-aħħar Sejħa tiegħi lill-umanità. Dan huwa ż-żmien għalikom sabiex tiddeċiedu l-futur tagħkom. Itolbu għal dawk li huma għomja għall-Imħabba tiegħi, għaliex ħafna minnhom meta l-Verità se tiġi żvelata lilhom, għal darb’oħra se jisfidawni u jtuni daharhom.


Il-Maħbub Ħallieq tagħkom,
Alla l-Missier,
Sultan l-Aktar Għoli


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM