Messaġġ lil Amerika: Għannqu lil Ħutkom ta’ Kull Denominazzjoni

It-Tlieta, 11 ta’ Ottubru 2011 @ 15:30

Messaġġ lil Amerika: Għannqu lil Ħutkom ta’ Kull Denominazzjoni.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-11 ta’ Ottubru, 2011, fit-3.30 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, Jiena llum Nixtieq Nikkomunika mal-poplu Amerikan. Il-Messaġġ tiegħi lilhom huwa dan: Intom, uliedi prezzjużi, bħalissa tinsabu tbatu ħafna. Intom tinsabu għaddejjin  mit-tindif li huwa meħtieġ, sabiex tippurifikaw l-erwieħ tagħkom. Id-dnubiet kbar fl-Amerika li Lili Jittormentawni, huma d-dnubiet tal-abort u l-immoralità tal-ġisem. Ħafna minn uliedi huma infestati mill-Qarrieqi, li qiegħed imexxi bil-moħbi u minn wara l-bibien magħluqa, s-sistemi monetarji u politiċi tagħkom. Madankollu, ħafna minnkom għadkom ma tafux b’dak li qiegħed jigri. Issa Jiena qiegħed Inħeġġiġkom, ħalli titolbu għall-waqfien meħtieġ mill-pjanijiet qarrieqa ta’ dawk in-nies, sabiex jeqirdulkom lil pajjiżkom.

It-talb uliedi, sejjer jgħin sabiex itaffi l-Kastig, li Missieri se Jagħti lid-dinja minħabba d-dnub tal-abort. Itolbu u itolbu, u qisu li tingħaqdu flimkien, sabiex tagħtu ġieħ lil Missieri. Għaliex jekk tgħaqqdu intom flimkien ir-reliġjonijiet kollha li jonoraw lill-Missier, Alla l-Ħallieq tad-dinja, intom tistgħu tgħinu lil pajjiżkom. Intom tridu titolbu l-maħfra, u mbagħad tafdaw li t-talb tagħkom se jiġi mwieġeb, skont iż-żmien Divin ta’ Missieri.

Araw li tgħannqu lil ħutkom tad-denominazzjonijiet reliġjużi kollha, li jemmnu f’Alla l-Missier u li titolbu flimkien, sabiex Jaħfer id-dnubiet ta’ pajjiżkom. Uliedi, pajjiżkom tant hu vast, li huwa importanti li Jiena nkun nista’ Nsalva kemm jista’ jkun erwieħ (nies ħajjin). Jiena Nista’ Nagħmel dan biss, permezz tal-konverżjoni, li se sseħħ matul it-Twissija l-Kbira u permezz tat-talb u d-devozzjoni tagħkom.

Qisu li issa dduru Lejja intom ilkoll. Tiddiskriminawx kontra r-reliġjonijiet ta’ xulxin, imma intom afdaw biss f’Alla l-Missier u Huwa jwieġeb it-talb tagħkom. Intom uliedi prezzjużi, tinsabu mitlufin. Intom intwerejtu ħafna konfużjoni u tant ġejtu ppreżentati b’veritajiet mgħawġa dwar l-eżistenza ta’ Alla l-Missier. Intom tużaw ir-reliġjon bħala maskra sabiex tferrxu l-velenu fuq dawk li huma aktar sfortunati minnkom. Issa wasal iż-żmien li intom taċċettaw il-Verità, u din hija li permezz tal-imħabba tagħkom lejn il-proxxmu biss, li intom bħala nazzjon, tistgħu terġgħu lura f’Dirgħajn il-Ħallieq tagħkom, Alla l-Missier.

Jiena Inħobbkom b’Kompassjoni Enormi u minn Dak Kollu li Jien. Jiena ninsab Naħdem sabiex Insalvakom ħalli tkunu tistgħu tittieħdu fl-Era l-Gdida u Meraviljuża ta’ Paċi, li diġà qiegħda tistenniekom fid-dinja. Sabiex tidħlu f’din il-Ġenna tal-Art il-Ġdida, l-erwieħ tagħkom iridu jkunu ħielsa mid-dnub. Qisu li titolbu għall-grazzji sabiex tfittxu l-maħfra għad-dnubietkom stess, kif ukoll għad-dnubiet imwettqa mill-gvernijiet tagħkom. Inħallikom fil-paċi u l-imħabba.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM