Il-Verġni Marija: Binti, Inti Sejra Ssib Ruħek Taħt Skrutinju u Attakk Kbir

L-Erbgħa, 12 ta’ Ottubru 2011 @ 14:22

Il-Verġni Marija: Binti, Inti Sejra Ssib Ruħek Taħt Skrutinju u Attakk Kbir.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ minn Omm Alla, Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tat-12 ta’ Ottubru, 2011, fis-2.22 pm.


Binti, dan huwa ż-żmien għalik, li minħabba li qegħda taħdem għal Ibni, inti sejra ssib ruħek taħt skrutinju u attakk kbir. Inti trid dejjem tonora x-Xewqat ta’ Ibni u tobdih il-ħin kollu. Qis li qatt ma tiddefendi l-Kelma l-Aktar Qaddisa Tiegħu, għaliex Hu ma Jridekx tagħmel dan. Ara li ma tirrispondix jew tinvolvi ruħek ma’ dawk in-nies li jisfidaw jew jinterpretaw ħażin il-Kelma Tiegħu, li jistgħu iqajmu dibattiti u anke dubji. Int issa sejra tkun taħt l-attakk tal-Qarrieqi, imma jeħtieġ titlob għall-Protezzjoni Tiegħi u qatt ma ċċedi għal dan it-tmaqdir tiegħu. Hu, il-Qarrieqi, jaħdem permezz tal-oħrajn sabiex iweġġgħek. Jekk inti tħallih jagħmel dan, permezz tal-oħrajn, int tkun qegħda tinvolvi ruħek miegħu u b’hekk tagħtih il-qawwa li għandu bżonn.

Qis li tibqa’ soda f’dawn il-każijiet binti u li inti dejjem dur Lejja, ħalli Jiena Ngħattik bil-Mant l-Aktar Qaddis tiegħi sabiex Nipproteġik mill-Qarrieqi, u tara kif kollox ikunlek sew. Ibqa’ kuraġġuża u aċċetta dan l-skrutinju u l-attakk kbir, bħala Rigal mingħand Alla l-Aktar Għoli, għaliex mingħajr din il-Qawwa, inti ma tistax tagħmel dan ix-Xogħol b’mod effettiv. Dejjem ftakar, li inti m’intix waħdek f’din il-Ħidma, għaliex il-Qaddisin kollha jinsabu jinterċedu għalik u lilek qegħda tingħata kull tip ta’ Protezzjoni Divina. Inti ara li tkompli fl-ubbidjenza tiegħek lejn Ibni, u ipprova kun ferħana, hekk kif inti tkun qegħda taċċetta t-tbatija li Ibni Jippermetti għas-Salvazzjoni tal-erwieħ (nies ħajjin). Jeħtieġ li tibqa’ tgħid ir-Rużarju Mqaddes kuljum, u titlob Miegħi, sabiex l-erwieħ ikunu jistgħu jiġu Salvati. Jiena Nbierkek binti. Is-Sema qegħda tifraħ b’din il-Ħidma l-Aktar Sagra f’isem Ibni l-Għażiż, li Jħobb lill-umanità kollha, imma li Jibki bi Swiet ta’ Qalb għal dawk l-erwieħ, li se jiċħdu l-Id tal-Ħniena tiegħu wara t-Twissija l-Kbira.


Ommok l-Għażiża


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM