Binti, Qatt Tiddefendini Għaliex Dan Mhux Meħtieġ Minnek.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-13 ta’ Ottubru, 2011, f’ 00.10am.
Maħbuba binti l-għażiża, illum Jien Irrid Ninfurmak, dwar il-ħtieġa li inti toqgħod lura milli tiddefendi l-Kelma l-Aktar Qaddisa tiegħi. Dawk in-nies li jiddubitaw mill-Kelma tiegħi, għandhom jitolbu Lili għall-Gwida tiegħi. Jiena qiegħed nagħtik struzzjonijiet issa, sabiex inti qatt ma tipprova tinterpreta l-Messaġġi mix-Xofftejn Divini tiegħi. Jiena diġà Għedtlek b’dan, u ħafna drabi qabel, għaliex inti ma ngħatajtux l-awtorità sabiex tagħmel dan. Minflok, inti għandek taċċetta il-Messaġġi tiegħi kif inhuma. Qis li ma tiddubitahomx. Tippruvax tanalizzahom, għaliex il-bniedem ftit li xejn jaf dwar il-pjanijiet, jew iż-żmienijiet Divini. Il-bniedem ukoll, lanqas ma jaf dwar l-Antikrist, għalkemm hu jaħseb li jaf. Dawn il-kwistjonijiet ta’ importanza, sejrin jibqgħu magħrufa biss minn Missieri l-Għażiż.
Jiena qiegħed Nitolbok, sabiex Lili qatt ma tiddefendini, għaliex dan mhux meħtieġ minnek. Ir-Rieda ta’ Missieri li Jikkomunika mal-umanità, permezz tiegħek u ta’ Profeti oħra, hija dak kollu li inti għandu jimporta għalik. Kif diġà Għidtlek qabel, inti l-kittieba. Imma Jiena l-Awtur. Int l-istrument. Imma Jiena l-Imgħallem. L-ubbidjenza tiegħek Lejja il-ħin kollu, hija mistennija minnek. Li tagħmel kif Ngħidlek Jien hija ħaġa sempliċi. Ix-xogħol tiegħek ikun aktar faċli, jekk inti toqgħod lura milli tidħol xi f’dibattiti reliġjużu u intellettwali, u dwar xi kwistjonijiet Skritturali, li dwarhom inti ma taf xejn.
Qis li inti tiftakar fl-importanza tal-umiltà, binti. Ibqa’ ġib ruħek bħal tifla żgħira, l-ħin kollu f’Għajnejja, u tara kif issib il-paċi. Il-provi sejrin jintbagħtulek matul dan ix-Xogħol. Stennihom. La tiċħadhomx. Ir-rigal li tajtni tar-rieda ħielsa tiegħek, huwa aċċettat Minni, imma inti trid titgħallem l-importanza, li ma tippruvax tiċħad it-tbatija tiegħek, għaliex din hija importanti għas-salvazzjoni tal-erwieħ.
Jien Inħobbok binti, imma Nħoss il-ħtieġa li Nfakkark fl-Istruzzjonijiet ċari tiegħi. Jiena m’għandix bżonn Niġi Difiż minnek. Il-Kliem mogħti lilek mhux ikkontaminat u ma jikkontradixxix il-Verità kif ipprovduta lill-umanità, sa mill-bidu taż-żmien. Ħafna verżjonijiet tal-Verità li jinsabu fil-Bibbja, ġew mgħawġa mill-bniedem, sabiex jiġu jaqblu mal-aġenda tal-bniedem stess. Jiena Hu l-Verità. Jiena Hu l-Ħobż tal-Ħajja. Mingħajri m’hemm l-ebda ħajja. Qis li tibq miexja ’l quddiem, b’għarfien aktar ċar dwar x’inhu dak li hu mistenni minnek. Inti Protetta Minni l-ħin kollu. Grazzi binti, għal-qawwa li qegħda turi issa, imma dejjem Ħallini Niggwidak f’kull ħin. B’dan il-mod, dan il-vjaġġ tiegħek ikunlek aktar faċli.
Il-Maħbub Ġesù tiegħek