Jiena Ma Nistax Inġiegħel lin-Nies Jikkonvertu Jew Iduru Lura Lejja Bilfors

Is-Sibt, 15 ta’ Ottubru 2011 @ 19:00

Jiena Ma Nistax Inġiegħel lin-Nies Jikkonvertu Jew Iduru Lura Lejja Bilfors.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-15 ta’ Ottubru, 2011, fis-7 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, hekk kif aktar nies qegħdin jisimgħu l-Kelma tiegħi, l-Imħabba tiegħi sejra tinfed lir-ruħ tagħhom, hekk kif huma jaqraw il-Messaġġi tiegħi. Jiena sejjer Nitkellem mar-ruħ tagħhom u Nqajjimhom minn nagħas tagħhom, sabiex Ngħaqqadhom ilkoll ħaġa waħda Miegħi, ħalli Jiena nkun nista’ Nsalva l-erwieħ tagħhom kullimkien. Is-saħħa fin-numri se tgħinni nikseb is-Salvazzjoni tal-erwieħ, fuq skala daqstant kbira. Minħabba r-rieda ħielsa mogħtija lill-bniedem, bħala Don mingħand Missieri, Jiena ma nistax Inġiegħel lin-nies jikkonvertu jew iduru lura għall-fidi f’Alla l-Missier, għaliex din id-deċiżjoni trid tkun tagħhom biss. It-talb se jxerred il-konverżjoni. Dwar dan Jien qiegħed Inwegħdek. Aħsbu biss fir-Rigali li jinsabu jistennew l-erwieħ, meta intom uliedi, titolbu għalihom.

Jaqaw intom ma tafux bil-qawwa li għandu t-talb? It-talb li jingħad minn ġemgħat ta’ nies, b’ringrazzjament lil Missieri u bi tpattija għal dnubietkom, jista’ jsalva d-dinja. Daqshekk kbira hija l-qawwa li għandu. Qatt qabel daqs illum, ma Jiena Ħeġġiġtkom titolbu daqstant, u fejn Jiena qiegħed Nitlob li t-talb joħroġ minn fommkom stess u b’ġenerożità ta’ qalb, għall-midinbin ħarxa kullimkien. Jiena għandi Bżonn it-talb tagħkom. Mingħajr it-talb tagħkom, dawn l-erwieħ imsejkna jistgħu ma jiġux salvati, għaliex ħafna minnhom jinsabu f’tant dlam, li l-impatt tat-Twissija l-Kbira, ftit li xejn se jkollu effett fuqhom.

Intom, maħbuba uliedi, intom ilkoll midinbin, imma Naf li ħafna minnkom qegħdin tagħmlu l-almu tagħkom sabiex turuni mħabbitkom, waqt li m’intomx tindunaw li Jiena Niddependi ħafna fuqkom, sabiex Lili żżommuni Kumpanija. Ingħaqdu Miegħi fil-Qalb ta’ Qalbi Mqaddsa u itolbuni l-Grazzji, sabiex Jien Insalva lil ħutkom. Jien Insalva miljuni ta’ erwieħ meta tiddedikaw il-ħin tagħkom titolbu l-Ħniena Divina.

Dan huwa ż-żmien meta r-reċitazzjoni tal-Kurunella tal-Ħniena Divina tkun l-aktar effettiva. Kunu ġenerużi minn qalbkom, moħħkom, ġisimkom u ruħkom. Qisu li issa twarrbu kwalunkwe dubju minn moħħkom. Ħalluni, Jiena Ġesù tagħkom, Nerfagħkom, sabiex Inwassal lilkom u lil dawk kollha li intom titolbu għalihom, fil-Ħajja Eterna tiegħi.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM