Iż-Żmien Tagħkom fid-Dinja Jinsab f’Punt Kruċjali.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-16 ta’ Ottubru, 2011, fid-9.30 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, Jiena Nistaqsi: Għaliex meta l-Kelma tiegħi tiġi interpretata minn uliedi, tant minnhom isibuha daqshekk offensiva? Issa, filwaqt li wliedi għandhom dejjem jiddixxernu messaġġi bħal dawn, ippubblikati minn dawk li jsostnu li ġejjin f’Ismi, dawn uliedi ukoll għandhom jitgħallmu jżommu moħħhom u qalbhom miftuħa l-ħin kollu. O kemm Nixtieq li s-segwaċi tiegħi b’mod speċjali, jiftħu għajnejhom u jilqgħuni f’qalbhom. Jiena Huwa Ġesù, li qiegħed Insejjħilkom sabiex tisimgħu Leħni, waqt li qiegħed Inħeġġiġkom sabiex tiġu għandi bit-talb tagħkom.
Iż-żmien tagħkom fid-dinja jinsab f’punt kruċjali. Ma baqax ħafna żmien, qabel ma Jien Inħabbar l-Era Ġdida ta’ Paċi, u minħabba f’hekk, għandi Bżonnkom ħalli tippreparaw ruħkom sew. Araw li ma tħallux l-arroganza tagħmikom mill-Verità. Ma tafux li Jiena qatt ma nqarraq bikom? Obdu l-Istruzzjonijiet tiegħi sabiex Inwaqqf lil Qarrieqi, milli jtappan il-ġudizzju tagħkom. Tħalluhx iżommkom ’il bogħod Minni, għaliex kieku kellkom biss tisimgħu l-Kelma l-Aktar Qaddisa tiegħi, intom mill-ewwel tkunu tafu, li Huwa Jiena, Ġesù Kristu, li qiegħed Insejjħilkom.
Uliedi, li kieku kontu tafu kemm infestazzjoni tpoġġiet mill-Qarrieqi, fuq l-erwieħ prezzjużi tiegħi, u madwar id-dinja kollha, kieku kontu tinħasdu bil-qatgħa. Dan id-dlam saħansitra jgħatti lis-segwaċi prezzjużi tiegħi, minn żmien għal żmien. L-Uġigħ li Jien Inħoss, speċjalment minn dawk l-erwieħ li jitolbuni regolarment, u juruni devozzjoni vera, imma meta Jiena Nara d-dubji tagħkom, Lili Ġġagħluni Nibki Dmugħ kbir ta’ Dwejjaq. Qisu li titolbu, titolbu u titolbu għall-Gwida tal-Ispirtu s-Santu. Jekk tiftħu qlubkom ħarxa u titolbu d-don tad-dixxerniment, Jien Inwieġeb is-sejħa tagħkom.
Intom kemm sejrin tkunu mdejqin, meta l-Verità sejra tiġi żvelata lilkom matul it-Twissija l-Kbira. Huwa t-talb tagħkom sabiex issalvaw erwieħ oħra, li issa Jiena qiegħed Nitlob minnkom. Madankollu, Jiena Żgur, li jekk intom tiddubitaw mill-Kelma tiegħi mogħtija permezz ta’ dawn il-Messaġġi, intom xorta waħda, tistgħu ssibuha f’qalbkom sabiex titolbu għall-erwieħ mitlufa. Jien Inħobbkom u issa Ninsab Nistenna t-tweġiba tagħkom għat-Talbiet tiegħi sabiex titolbu.
Ġesù tagħkom