Ir-Ritorn Tiegħi Sabiex Insalvakom, Sejjer Jinħass Minn Kull Rokna tad-Dinja

It-Tnejn, 17 ta’ Ottubru 2011 @ 00:00

Ir-Ritorn Tiegħi Sabiex Insalvakom, Sejjer Jinħass Minn Kull Rokna tad-Dinja.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-17 ta’ Ottubru, 2011, fil-9.30 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, iż-żminijiet qegħdin jinbidlu, madwarek u kullimkien. Id-dinja tinsab għaddejja minn taqlib kbir, ikkawżat mill-ispirtu tad-dlam. Inti tinsab imdawwra bl-evidenza kollha, tal-krudeltà tad-dnub, li dan jaf jikkaġuna lill-umanità. Minn gewwa dan l-ispirtu tad-dlam, sejjer jiddi l-Ispirtu tal-Preżenza Divina tiegħi, hekk kif Jiena sejjer Nerga’ Niġi, sabiex għal darb’oħra, Insalva l-umanità. Intom, uliedi prezzjużi li tafu l-Verità, intom tridu tgħidu lill-oħrajn, kemm huma xxurtjati li ngħataw dan ir-Rigal Divin u meraviljuż. L-Imħabba tiegħi sejra tolqot id-dinja b’tali mod, fejn intom tinżlu mal-art b’umiltà, u tibku fuq irkopptejkom milwija, bid-dispjaċir, għall-uġiegħ li intom kkawżajtu, sabiex toffendu lill-Missier Etern tiegħi.

Huwa permezz ta’ Alla l-Aktar Għoli, li dan l-Att Kbir ta’ Ħniena, issa qiegħed jiġi ppreżentat lilkom. Ifirħu, għaliex issa hemm Dawl fid-dinja, li se jiġbed l-erwieħ ’il barra mid-dlam, u jwassalhom f’Dirgħajn Alla l-Missier. Jiena sejjer Nerga’ Niġi mill-ġdid, sabiex Nagħtikom il-ħajja li għandkom bżonn, ħalli tkunu tistgħu terfgħu għajnejkom f’adorazzjoni u tifħir, għall-Glorja ta’ Alla l-Missier, u tirringrazzjawh għall-Ġustizzja li issa qiegħed Juri lil uliedu prezzjużi, iżda li huma mitlufa.

Jiena, Ġesù Kristu, issa qiegħed Nipprepara, sabiex inħallikom taraw il-Verità tal-Ħniena, lil kull persuna, inklużi dawk il-midinbin ħarxa, u dawk li ma jemmnux Fija, u ma’ kullimkien. Il-prova tal-Eżistenza tiegħi, u dik ta’ Alla l-Missier, sejra tiġi żvelata fil-glorja kollha tagħha tal-Ġenna, lil kull raġel u mara, tifel u tifla. Il-Preżenza tiegħi sejra tiġi żvelata lid-dinja b’tali mod, li ħadd ma jkun jista’ jinjorha. Dan għaliex is-smewwiet sejrin jinfetħu, u l-kwiekeb jaħbtu flimkien, sabiex ir-Ritorn tiegħi ħalli Nsalvakom, ikun jinħass minn kull rokna tad-dinja, jiġifieri minn kulħadd, u fl-istess waqt.

O kemm se jifirħu wliedi, meta huma sejrin jaraw l-Preżenza Divina tiegħi. Anke dawk li jkunu fid-dlam, se jħossu l-Imħabba tiegħi tmiss lir-ruħ kiesħa tagħhom, li se tħeġġiġhom mill-ġdid. Qisu li tippreparaw. Stennew ir-ritorn Glorjuż tiegħi. Itolbu għal dawk li għandhom il-biża’ f’qalbhom. Araw li ma tibżgħux Minni. Stennew din il-ġrajja kbira bl-imħabba u l-umiltà f’qalbkom. Jien Inħobbkom uliedi. Dan l-Att Kbir tal-Ħniena tiegħi, sejjer jurikom din l-Imħabba.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu,
Is-Sultan tal-Umanità


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM