Il-Qtil ta’ Ibni Muammar Gaddafi

Il-Ħamis, 20 ta’ Ottubru 2011 @ 15:15

Il-Qtil ta’ Ibni Muammar Gaddafi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-20 ta’ Ottubru, 2011, fit-3.15 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, kwalunkwe dubji, li minn żmien għal żmien, inti seta’ kellek, dwar dan il-Kliem l-Aktar Qaddis tiegħi, issa naqqsu sew. Jien issa ninsab Niżvela l-profeziji, sabiex Nuri biċ-ċar lid-dinja, li huwa Jiena, Ġesù Kristu, is-Salvatur tal-Umanità kollha, li issa qiegħed Nikkomunika ma’ wliedi kullimkien, f’dan iż-żmien. L-Intenzjoni tiegħi, mhix li Noħloq xi sensazzjoni fost uliedi, imma li Niżgura li ħadd ma jiġi eskluż milli jisma’ l-akbar sejħa urġenti tiegħi lid-dinja.

Il-qtil ta’ ibni, Muammar Gaddafi, li għar-ruħ tiegħu, int u dawk qrib tiegħek, kontu ilkom titolbu għaliha għal dawn l-aħħar xhur, hija waħda mill-ewwel profeziji, li sejra turi biċ-ċar lid-dinja, l-awtentiċità ta’ dawn il-Messaġġi. Dan huwa s-Sinjal tiegħi għalik binti, sabiex inti tneħħi minn moħħok, dawk id-dubji li issa ilhom jiġuk. Inti binti, għalkemm minnek din tista’ tidher, li hija xi ħaġa kbira wisq għalik, imma inti ġejt magħżula Minni, sabiex tipprepara lill-umanità għall-Era Ġdida ta’ Paċi tiegħi. Din l-Era hija ż-żmien, li sejra tiġi xi waqt wara t-Twissija l-Kbira. Issa, qis li inti tmur ħalli tipprepara, għall-parti li jmiss tal-Missjoni Qaddisa tiegħek, sabiex tgħini Insalva l-erwieħ, wara t-Twissija l-Kbira. Inti qegħda tingħata l-Grazzji sabiex iżommuk soda. Uliedi kullimkien, sa fl-aħħar, issa qegħdin jisimgħu l-Karba tiegħi għall-konverżjoni tagħhom.


Dawk li Lili Jweġġgħuni l-Aktar

Qis li inti qatt ma turi xi biża’ f’dan ix-Xogħol, għaliex m’hemm xejn minn xiex inti għandek tibża’. Inti ara li qatt ma tinfixel, jew taqta’ qalbek, meta jfixxkluk u jmaqdruk, sabiex iwaqqfu dan ix-Xogħol tiegħek Għalija. Jiena binti, dejjem Ninsab maġenbek. Qis li inti tiftakar dan. Issa jekk, u meta, inti tiġi attakkata minħabba l-Kelma Qaddisa tiegħi, inti biss ibqa’ siekta. Il-Kelma Mqaddsa tiegħi dejjem sejra tiġi attakkata. Dawk li Lili jweġġgħuni l-aktar, huma l-erwieħ twajba (nies ħajjin), li minħabba l-biża’ u l-kawtela esaġerata tagħhom, huma sfortunatament l-ewwel li jinsulentawni permezz ta’ dawn il-Messaġġi. Ix-Xitan (Satana) jaf li dawn huma s-segwaċi magħżula u devoti tiegħi, u li allura meta huma Lili jagħtuni daharhom, huma jkunu l-aktar li jweġġgħuni.

Inti binti, issa bdejt tħoss l-uġigħ fiżiku tat-Tbatija tiegħi, imma issa wkoll, inti lesta li taċċetta dan, magħquda bħala ħaġa waħda Miegħi. Dawn il-provi għalik, mhux se jdumu ħafna, imma matul iż-żmien kollu tagħhom, inti sejra tħoss eżattament it-Turmenti li nħoss Jiena, meta Nara d-dnub tal-bniedem. Dan, kif Jiena diġà Għedtlek qabel, huwa Rigal għalik Mingħandi, u li ftit ħafna erwieħ magħżula bħalek, jirċievuh. Xi kultant, dan ir-Rigal isir tal-biża’, imma inti trid tifhem, li mhux biss it-tbatija tiegħek sejra tressaq oħrajn eqreb lejn il-Qalb Imqaddsa tiegħi, iżda li inti se tgħin issalva miljuni ta’ erwieħ matul it-Twissija l-Kbira. Din it-tbatija tiegħek, sejra ssir aktar qawwija, hekk kif it-Twissija l-Kbira toqrob aktar. Qis li tibqa’ tissaporti fis-skiet. Għaliex b’dan il-mod, inti Lili tkun qegħda Tgħini Nsalva l-erwieħ prezzjużi tiegħi, u li kieku kienu sejrin jinħatfu mill-Qarrieqi.

Qis li inti tgħid lil uliedi, li Jiena qiegħed Nifraħ bil-fidi qawwija li qegħdin juru Fija. Għidilhom li huma jinsabu resqin eqreb lejn il-Qalb Imqaddsa tiegħi. Għidilhom, li issa Jiena qiegħed Inberikhom u li qiegħed Nagħtihom Barkiet kbar, sabiex Nagħtihom is-saħħa li se jkollhom bżonn, hekk kif huma jsegwu l-Gwida tiegħi permezz ta’ dawn il-Messaġġi Qaddisa. Huma se jkollhom bżonn is-saħħa, għaliex mhux faċli għal uliedi, li jixtarru l-kobor tal-bidliet, li issa sejrin jevolvu fid-dinja tagħkom. Araw li titolbu u tingħaqdu bħala ħaġa waħda. Flimkien, ħarsu lejn is-sema bħat-tfal ċkejknin, u b’fiduċja sempliċi f’Alla l-Missier. Staqsuh, fl-Isem Imqaddes tiegħi, sabiex Hu jgħaqqadkom fl-Armata glorjuża tiegħu, hekk kif intom mixjin lejn ir-rebħa tas-Salvazzjoni Eterna. Jien Inberikkom uliedi, bl-Imħabba Divina kollha tiegħi.


Ġesù tagħkom


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM