Jiena Nixtieq Nifforma Armata ta’ Gruppi ta’ Talb

Il-Ħadd, 23 ta’ Ottubru 2011 @ 19:15

Jiena Nixtieq Nifforma Armata ta’ Gruppi ta’ Talb.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-23 ta’ Ottubru, 2011, fis-7.15 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, irridkom tkunu tafu, li Jiena nixtieq Nifforma armata ta’ gruppi ta’ talb madwar id-dinja kollha. Jiena sejjer Nipprovdilkom, lilkom l-armata tiegħi, bit-talb meħtieġ, sabiex jiġi reċitat għas salvazzjoni tal-erwieħ (nies ħajjin). Dawn il-gruppi ta’ talb se jinxterdu, u minn ġol-gradi tagħhom, sejra tqum armata vera ta’ segwaċi devoti, sabiex iwasslu l-Verità tal-Wegħda Divina tiegħi tas-Salvazzjoni lil kulħadd. Dawn il-gruppi se jiffurmaw l-armata kif kien Iddettat minn Missieri l-Għażiż, u dan sabiex jingħeleb id-dlam tal-ħażen, ikkawżat mix-Xitan (Satana) u minn dawk li jemmnu fih, kif ukoll mis-segwaċi tiegħu.

Iva binti, għalkemm huwa diffiċli li inti tifhem dan, imma hemm ħafna nies, li mhux biss jirrikonoxxu li x-Xitan jezisti, imma li saħansitra jagħtuh il-lealtà tagħhom. Hemm ħafna erwieħ li qegħdin jgħixu fid-dlam, u li qegħdin jagħtu ġieħ u jqimu lis-Sultan tad-Dlam. Jeżistu ħafna knejjes, moħbija minn għajnejn Uliedi tad-Dawl, li inbnew apposta għal unur tax-Xitan. Huma jmilu quddiemu, jagħmlu l-quddiesa s-sewda, u jinsulentawni b’kull tip ta’ dagħa u żeblieħ, li jixxokkjawk u jiddisgustawk. L-għadd tagħhom qiegħed dejjem jikber, u ħafna mis-segwaċi dedikati u impenjati tax-Xitan, jaħdmu f’pożizzjonijiet għolja u rispettabbli ħafna, sew fiċ-ċrieki tan-negozju, tal-banek u tal-politika. Huma jingħaqdu bħala ħaġa waħda, sabiex jisfidaw lil Alla, il-Missier Etern tiegħi, waqt li jafu sew it-tifsira ta’dak kollu li qegħdin jagħmlu.

Bl-istess mod kif ix-Xitan jobgħod lill-umanità, għaliex inħolqot minn Alla l-Missier, il-Ħallieq ta’ kollox, dawn id-devoti tax-Xitan, daqshekk ieħor jobogħdu lill-umanità. Il-mibegħda li għandhom hija tant profonda, li saħansitra huma sejrin jippruvaw jiffurmaw armata magħmulu minn nies li huma l-fjur tas-socjetà, sabiex jeqirdu miljuni ta’ ħajjiet fid-dinja. Fit-tfittxija tagħhom għall-poter u l-ġid, huma sejrin jippruvaw iwittu t-triq għall-bżonnijiet tagħhom stess, kif ukoll ix-xewqa li għandhom ħalli jikkontrollaw l-umanità.

Dawn huma fost il-midinbin l-aktar ħorox, li għalihom Jiena qiegħed Nitlob l-għajnuna tagħkom uliedi. Jiena Għandi Bżonn it-talb tagħkom biex inebbaħ il-qlub tagħhom dwar il-gideb, li bih ġew imqarrqa, sabiex jemmnu lil Qarrieqi. Huma jinsabu mitlufin Minni, sakemm ma jitolbux għall-Ħniena tiegħi. Huwa għalhekk li t-talb jista’ jkun l-unika Grazzja għas salvazzjoni tagħhom. Din l-armata qawwija mmexxija mill-Qarrieqi, sejra tipprova tikkawża ħerba terribbli. Huma diġà qegħdin jippruvaw jivvelenaw lil uliedi bl-aktar metodi makakki, jiġifieri permezz tal-ilma, il-mediċini u l-ikel tagħkom. Jekk jogħġobkom qisu li tibqgħu attenti l-ħin kollu.

L-Id ta’ Missieri sejra tinżel bis-saħħa ftit wara t-Twissija l-Kbira, fuq dawn l-erwieħ krudili, jekk huma se jkomplu jiċħdu l-Ħniena tiegħi. Sadanittant uliedi, intom tridu tqumu fuq tagħkom, u ma tħallux lil-pajjiżi tagħkom jiġu intimidati. Araw li titolbu għall-Protezzjoni tiegħi u li ż-żommu ħajjitkom sempliċi. Itolbu u irċievu s-Sagramenti. Itolbu l-Għajnuna tiegħi f’kollox, u Jiena Nwieġeb għat-talbiet tagħkom skont ir-Rieda l-Aktar Qaddisa tiegħi.

Itolbu, itolbu u itolbu, sabiex jittaffew il-pjanijiet ħżiena intenzjonati biex jikkontrollaw lid-dinja, li dan il-grupp krudil qiegħed jippjana. Huma jinsabu jkabbru l-poter tagħhom fil-Lvant Nofsani u qegħdin jagħmlu tentattivi biex jikkontrollaw l-Ewropa, u dan qabel ma jippruvaw jieħdu partijiet oħra tad-dinja. Is-suppost għedewwa li huma jinsabu jurukom fil-midja tal-aħbarijiet, mhumiex il-veru għedewwa. Huma joħolqu għedewwa apposta, sabiex jiġġustifikaw il-vendikazzjoni tagħhom, imma li dejjem se jkollha l-istess għanijiet, jiġifieri li jikkontrollaw, li jippossjedu u li jkattru l-ġid tagħhom.

Itolbu għalihom sabiex jikkonvertu, għaliex mingħajr konverżjoni, l-għemejjel kattivi tagħhom se jikkawżaw ħafna niket u dwejjaq. Madankollu, għalkemm Missieri l-Etern, sejjer iwettaq il-Kastig tiegħu, huma xorta jistgħu jikkawżaw ħerba sħiħa, li sejra ġġib tbatija kbira fost uliedi.


Il-MaħbubSalvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM