Il-Wasla Tiegħi Sejra Tkun Qabel Milli Taħsbu.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-24 ta’ Ottubru, 2011, fis-7.09 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, inti m’għandekx tħalli lil dawk in-nies, li se jibqgħu jiddubitaw, u jiġġudikaw il-Kelma l-Aktar Qaddisa tiegħi, li jinkwetawk. Inti qis li tinjora dawn l-interrogazzjonijiet tagħhom lilek. Biss, int ibqa’ siekta. Itlob għalihom u kompli miexja 'il quddiem, għaliex issa ma baqax ħafna żmien.
Jiena issa qiegħed Insejjaħ lilkom ilkoll, għeżież uliedi, sabiex toqogħdu bilqiegħda u titolbuni l-Ħniena. Jekk jogħġobkom, qisu li ma tippanikjawx, għaliex Jien Ġej biss, sabiex Insalvakom u mhux biex Niġġudikakom. Jaqaw intom ma tafux b’dan? M’hemm xejn, minn xiex intom għandkom tibżgħu, imma qisu, li intom tafdaw Fija kompletament.
Il-Wasla tiegħi sejra tkun qabel milli taħsbu, u allura, jekk jogħġobkom, qisu li tippreparaw l-erwieħ tagħkom. Itolbu għall-erwieħ kollha (nies ħajjin) li jistgħu jiċħduni jew jirrifjutaw id-Don tal-Ħniena Divina tiegħi. Intom, l-erwieħ għeżież tiegħi, li Lili ġġibuli tant faraġ, u ttaffuli t-Turmenti u t-Tbatija li Jiena Nissaporti, meta nara l-mibegħda tal-bniedem, kullimkien fid-dinja tagħkom. Ersqu eqreb Lejja uliedi, u ħalluni Nħaddankom Miegħi, sabiex nagħtikon is-Saħħa, u l-Kunfidenza li teħtieġu, sabiex tilqgħuni meta Niġi. Intom, l-Armata Speċjali tiegħi, tinsabu f’għaqda Miegħi, u jekk hux qiegħdin tindunaw jew le, intom tinsabu Ggwidati mill-Ispirtu s-Santu, sabiex titqabdu, ħalli ssalvaw l-erwieħ.
Oqogħdu bilqiegħda xi mkien fil-kwiet, ċkejknin tiegħi, u ftakru, li Jiena Magħkom il-ħin kollu. Ifirħu u stennew il-Miġja tiegħi, meta Jien sejjer Inxerred il-Grazzji tiegħi, sabiex jgħattukom, lilkom is-segwaċi maħbuba tiegħi u kullimkien. Irrispettivament minn fejn intom qegħdin tgħixu, irrispettivament minn liema parti tad-dinja ġejjin, intom lkoll Tiegħi. Jien Inħobbkom. Ħarsu Lejja b’qalbkom miftuħa u b’kunfidenza, hekk kif issa ninsabu eqreb lejn it-Twissija l-Kbira.
Ġesù tagħkom