Alla l-Missier: Intom Tridu Tiċħdu d-Dlam u Tħaddnu d-Dawl

It-Tlieta, 25 ta’ Ottubru 2011 @ 15:30

Alla l-Missier: Intom Tridu Tiċħdu d-Dlam u Tħaddnu d-Dawl.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Missierna fis-Smewwiet, Alla l-Aktar Għoli, lil Marija Ħniena Divina, tal-25 ta’ Ottubru, 2011, fit-3.30 pm.


Maħbuba binti, int ara li tgħid lid-dinja, li Jiena ninsab Inħaddan lil uliedi kollha f’Dirgħajja. Kollox sejjer ikun sew għalikom. Kollox issa jrid jitħalla f’Idejja l-Imqaddsa, kif għandu jkun. Jiena qiegħed Nordna li Ibni, jerġa’ Jintbagħat lura fid-dinja, sabiex Isalva lill-bniedem mill-qerda tad-dnub. Dan huwa l-Att Divin tal-Ġustizzja tiegħi għalikom, għeżież uliedi, sabiex Jien inkun nista’ nerġa’ Nirkupra lura s-Saltna tiegħi fid-dinja.

Il-biża’ mhix ġejja Minni. Il-biża’ tiġi mid-dlam. Meta intom tibżgħu Minni, kunu afu, li jkun id-dlam li jaħkem lir-ruħkom, u mhux il-Kobor Divin tiegħi. Sabiex intom tkunu parti mis-Saltna tiegħi, intom tridu tiċħdu d-dlam u tħaddnu d-Dawl. Dan l-istess Dawl issa qiegħed jingħatalkom permezz tal-Att Divin tal-Ħniena mingħand Ibni.

L-Imħabba tiegħi għalikom lkoll uliedi, hija tant kbira li Jiena sejjer Nuża l-Qawwa kollha tiegħi sabiex Nifdi l-erwieħ tagħkom kullimkien. L-Id tal-Ġustizzja tiegħi, sejra tinżel bis-saħħa, fuq dawk l-erwieħ li jibqgħu jiċħduni, iżda mhux qabel ma Jiena nkun Eżawrejt kull sforz sabiex Ngħaqqad flimkien, lil uliedi kollha kullimkien. Is-Saltna tal-Glorja Kbira tiegħi, sejra tiġi murija lid-dinja dalwaqt. L-ebda wieħed u waħda minnkom uliedi, ma tkunu trid tiċħdu s-Saltna Glorjuża tiegħi, li sejra ssaltan fl-Era Ġdida ta’ Paċi fid-dinja. Qisu li titolbu għal dawk li se jsibuha diffiċli, sabiex iħaddnu l-Verità.


Alla l-Missier li Jista’ Kollox


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM