Stennew Issa r-Riunjoni Glorjuża Tagħna.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-26 ta’ Ottubru, 2011, fl-10 pm.
Maħbuba binti, inti m’għandekx għalfejn toqgħod tinkwieta, dwar l-attakki kontinwi, li qegħdin isiru fuq dawn il-Messaġġi tiegħi, minn Viżjonarji Foloz. Inti suppost issa taf, li meta Jiena Nitkellem ma’ Messaġġiera Magħżula, huma dejjem sejrin ikunu l-mira ta’ mibegħda mill-oħrajn. Meta inti tkun qegħda tiġi attakkata, ftakar li Jien ukoll qieghed Niġi Sfidat. Il-Kelma Mqaddsa tiegħi, qegħda tiġi imġarrfa ġebla ġebla, analizzata, iddubitata, ikkritikata u ddikjarata li mhix denja li toħroġ minn Xofftejja. O kemm jafu ftit uliedi. Il-biża’ u s-suspett qegħdin jagħmuhom mill-Verità. Inti tkun sorpriża, li kieku kellek tkun taf ukoll, kif il-Kelma Vera tiegħi qegħda tiġi miċħuda, daqshekk faċilment filwaqt li huma jaċċettaw il-messaġġi foloz.
Hekk kif it-Twissija l-Kbira kważi waslet fid-dinja, il-Verità finalment sejra ssir magħrufa lis-segwaċi kollha tiegħi. Sejjer ikun f’dak l-istadju li se huma se jħaddnu l-Kelma tiegħi sabiex iqaddsu l-erwieħ imsieken tagħhom. Araw kif Jiena sejjer Nilqagħhom u Nġibhom qrib tiegħi hekk kif id-dmugħ tagħhom jitħallat mad-Dmugħ tiegħi, fl-Imħabba u l-Għaqda. Qabel it-Twissija l-Kbira, huma se jkomplu jiddubitaw, imma mhux se jiċħduni aktar, wara li jiġu Quddiemi. Għaliex ladarba huma jiġu Quddiemi, u jaraw l-Imħabba li Jiena Għandi għalihom, ma jkunux iridu jitilquni aktar, lanqas għal mument wieħed biss, tant kemm sejra tkun qawwija l-għaqda tagħna flimkien. Araw li tistennew issa, r-Riunjoni Glorjuża tagħna.
Ġesù tagħkom