Intom Uliedi,Tkunu Mberkin Meta Tbatu f’Ismi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-27 ta’ Ottubru, 2011, fit-3.30 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, l-għadd dejjem jiżdied ta’ provi, li inti issa tinsab għaddejja minhom f’Ismi, mhumiex b’kumbinazzjoni. Hekk kif ix-Xitan (Satana) ikompli jitturmentak, aħseb biss fl-erwieħ (nies ħajjin) li inti qegħda sssalva permezz ta’ din it-tbatija tiegħek. Minn naħa tiegħek, int ipprova egħleb dawn id-diffikultajiet, u Lili żommni fil-ħsibijiet tiegħek, il-ħin kollu. Itlob lil Ommi l-Maħbuba għall-Protezzjoni, u għid ir-Rużarju Mqaddes kemm jista’ jkun ta’ spiss.
Huwa importanti għas-segwaċi kollha tiegħi, sabiex jitolbuni l-Protezzjoni kontra l-Qarrieqi, li jinsab għassa ħalli jaħtaf kull opportunità, sabiex joħloq dubji f’moħħhom. Hu, u d-demonji tiegħu, jinsabu ma’ kullimkien. Dawn se jużaw kull tattika qarrieqa possibbli, sabiex jikkawżaw taħwid kbir f’ħajjitkom. Kunu afu, li meta jiġri dan ifisser, li intom tkunu ġejtu imqanqla mit-Tagħlim tiegħi u li issa tinsabu ġġorru s-Salib tiegħi.
Araw, li qatt ma tibżgħu uliedi, għaliex intom ilkoll kapaċi tqumu minn dan id-deżert, minħabba l-qawwa li issa Jiena qiegħed Nagħti lil kull wieħed u waħda minnkom, intom l-Armata tiegħi. Intom sejrin tirbħu fuq il-Qarrieqi u l-krudeltà tiegħu. Iktar ma intom titolbu flimkien, aktar b’saħħtu jkun il-ħajt tal-armatura madwarkom. L-ebda wieħed jew waħda minn uliedi, li jsofru xi forma persekuzzjoni, bħala riżultat dirett talli jaħdmu Għalija, ma jista’ qatt jintmess mix-Xitan. Intom, uliedi, intom imberkin jekk issofru f’Ismi, għalkemm sejrin issibuha diffiċli biex tifhmuh dan. Qisu li tinjoraw dan it-tmaqdir fuqkom. Dawwaru dahrkom minnu. Tirreaġixxux. Ibqgħu siekta. Araw li tolbu għal-Qawwa tiegħi. Jiena magħkom.
Il-Maħbub Ġesù Kristu tagħkom