L-Akbar Attakk Fuq il-Knisja Tiegħi, Mill-Mewt Tiegħi Fuq is-Salib

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Ottubru 2011 @ 22:40

L-Akbar Attakk Fuq il-Knisja Tiegħi, Mill-Mewt Tiegħi Fuq is-Salib.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur u Protettur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-28 ta’ Ottubru, 2011, fl-10.40 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, il-lealtà tal-Knisja tiegħi Lejja, is-Salvatur Maħbub tagħha, se tiġi ippruvatha dalwaqt, aktar minn dak li l-Knisja tista’ tissaporti. Il-Knisja tiegħi ilha rieqda, u waqt il-mistrieħ tagħha, ma ppreparatx ruħha għall-wasla tal-Antikrist. Diġà hu u l-qaddejja tiegħu, daħlu fix-xquq kollha li jeżistu tal-Knejjes ta’ Missieri, madwar id-dinja kollha. Il-Knisja Kattolika hija l-mira ewlenija tal-Antikrist, u dan mhux se jieqaf qabel ma jkun biddel l-imħuħ, ta’ mill-inqas nofs il-Knisja tiegħi fuq din l-art. Tant mhumhiex ippreparati, il-Kardinali, l-Isqfijiet u s-Saċerdoti tiegħi, li lanqas biss qegħdin jindunaw bil-bidliet li qed iseħħu, fin fin, u fil-gradi tagħhom stess. Ma baqax wisq żmien qabel ma din il-qasma fil-Knisja tiegħi ssir evidenti tassew.

Dan huwa l-akbar attakk fuq il-Knisja tiegħi sa mill-mewt tiegħi fuq is-Salib. L-imsieken u l-maħbuba Qaddejja Sagri tiegħi (is-Saċerdoti), ħafna minnhom huma pupazzi u vittmi innoċenti f’idejn il-Qawwa Mudlama, li toqgħod attenta ħalli ma tiżvelax min hi. Nitlob lill-Qaddejja Sagri tiegħi kollha, sabiex jitolbu bil-qawwa ħalli jkunu jistgħu jifilħu l-istmerrija, li ġejja. Huma jridu jitolbuni hekk:


“O Ġesù Maħbub tiegħi, jiena ninvoka l-Protezzjoni tiegħek u nitlob il-Ħniena tiegħek biex issalva lil ħuti fi ħdan il-Knisja tiegħek milli jaqgħu vittmi tal-Antikrist. Agħtini l-Grazzji u ipproteġini bl-Armatura ta-Qawwa tiegħek biex nieqaf għall-atti ħżiena li jistgħu jsiru fl-Isem Imqaddes tiegħek. Nitlob il-Ħniena tiegħek u nwiegħed il-lealtà tiegħi lejn l-Imqaddes Ismek il-ħin kollu.”


Qumu weqfin, Qaddejja Sagri tiegħi, kontra dan il-ħażen u l-Bhima, li minn fommu ma joħorġux ħlief oxxenitajiet u gideb. Oqogħdu attenti għal bidliet fil-mod kif Ġismi u Demmi se jiġu Kkonsagrati. Jekk jinbidel il-kliem, sabiex jiċħdu l-Eżistenza ta’ Ġismi fl-Ewkaristija Mqaddsa, allura intom tridu tiddefendu l-Wegħda Divina tiegħi: Li min jiekol Ġismi u jixrob Demmi jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Qisu li tkunu kuraġġużi, Qaddejja Sagri tiegħi. Itolbuni l-Qawwa li sejjer ikollokom bżonn, hekk kif il-fidi u l-ubbidjenza tagħkom Lejja sejrin jiġu ippruvati aktar milli tistgħu tifilħu.

Jien inħobbkom u nipproteġikom il-ħin kollu uliedi. Dawk biss minnkom ta’ qalbhom ħelwa u ta’ ruħhom umli, sejrin jibbenefikaw mill-Protezzjoni Imqaddsa tiegħi. Qisu li titolbu għall-Qaddejja Sagri tiegħi kollha u kullimkien, sabiex ikunu kapaċi ma jiċħdux id-Dawl tal-Verità, jew li minflok, saħansitra jagħżlu l-Ispirtu tad-Dlamijiet, li dalwaqt se jitfaċċa fil-Knisja tiegħi.


Is-Salvatur u Protettur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM