Il-Verġni Marija: Iftħu Qalbkom għall-Verità

Is-Sibt, 29 ta’ Ottubru 2011 @ 16:49

Il-Verġni Marija: Iftħu Qalbkom għall-Verità.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ minn Omm Alla, Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tad-29 ta’ Ottubru, 2011, fl-4.49 pm.


Binti, inti jeħtieġ li titlob għall-Protezzjoni Tiegħi, Ommok, il-ħin kollu. Inti tinsab iggwidata u jeħtieġ li tpoġġi l-fiduċja kollha tiegħek f’Ibni l-Għażiż. Itlob għall-konverżjoni tan-nies kullimkien. Tant hemm erwieħ mitlufa (nies ħajjin) li għandhom bżonn it-talb tiegħek, binti. Ara li inti qatt ma tinsa dan, ikun kemm ikun diffiċli dan il-vjaġġ għalik. L-ispirtu tal-Qarrieqi jinsab jgħatti ħafna mill-umanità b’mod, li qatt daqs illum ma kien hawn dashekk ħażen. L-azzjonijiet tal-Qarrieqi qegħdin dejjem jintensifikaw u jifgaw lil uliedi kullimkien.

Anke dawk li jiftaħru bil-lealtà tagħhom lejn Ibni l-Għażiż, qegħdin jagħlqu widnejhom torox għat-Talbiet tiegħu biex Isalva l-erwieħ. Minħabba l-kburija, dawn issa tant saru arroganti, li nsew li l-Kelma Mqaddsa ta’ Ibni, hija l-unika ħajja li jeħtieġu. It-talb huwa vitali f’dan iż-żmien. Dawk li jgħollu lilhom infushom f’għajnejn l-oħrajn, waqt li huma jipproklamaw il-Kelma ta’ Ibni l-Għażiż, imma li jiċħdu s-Sejħa tiegħu, dawn qegħdin iwebbsu qlubhom għall-Verità.

Uliedi, intom tridu tisimgħu lil Ibni, Ġesù Kristu, issa. Isimgħu x’qiegħed Jgħidilkom. L-Ispirtu s-Santu, jekk tħalluh, sejjer jiftaħ qlubkom għall-Verità, hekk kif Ikellimkom permezz ta’ dawn il-Messaġġi Qaddisa. Jiena Nibki bi Swied ta’ Qalb, meta nara kif il-Kelma Mqaddsa tiegħu qegħda tiġi miċħuda llum. Għal dawk li jikkundannaw lil Ibni, intom tridu tifhmu li Hu Ġej issa, mhux biss biex Isalvakom. Huwa Ġej ukoll sabiex Ifarraġkom f’dawn il-jiem ta’ dlam. Jekk tassew temmnu li Hu l-Ħobż tal-Ħajja, mela allura ħalluh Iqajjem l-ispirtu ta’ mħabba fikom. Itolbu għall-konverżjoni tan-nies kullimkien. Minħabba li issa ma baqax ħafna żmien.


Il-Maħbuba Ommkom Marija,
Ir-Reġina tas-Sema u l-Art


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM