In-Nuqqas ta’ Twemmin Fija ta’ Dawk li Jiftaħru li Jafuni, Lili l-aktar Li Jweġġagħni

It-Tnejn, 31 ta’ Ottubru 2011 @ 03:30

In-Nuqqas ta’ Twemmin Fija ta’ Dawk li Jiftaħru li Jafuni, Lili l-aktar Li Jweġġagħni.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-31 ta’ Ottubru, 2011, fit-3.30 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, il-Kelma Mqaddsa tiegħi, li qegħda tixxandar lid-dinja, u li bħalissa mhix tirrikonoxxi l-Eżistenza tiegħi, sejra tħeġġeġ l-erwieħ (nies ħajjin) ftit wara li sseħħ it-Twissija l-Kbira. Sa fl-aħħar, il-bnedmin sejrin jisimgħu l-Kelma tiegħi, sabiex Jien inkun nista’ Niggwidahom lejn l-Era l-Ġdida tiegħi ta’ Paċi fid-dinja. Jiena issa qiegħed Insejjaħ lil uliedi kollha kullimkien, sabiex tinżgħu l-ingwanta tal-armatura tagħkom u tisimgħu lis-Salvatur tagħkom jitkellem. Filwaqt li Jiena qatt mhu sejjer niżvelakom id-data tal-Miġja Lura tiegħi fid-dinja, imma nista’ Ngħidilkom, li Jien issa se Nerġa’ Lura fl-Ispirtu. Qiegħed Niġi issa, sabiex Insalvakom għal darb’oħra permezz tat-Twissija l-Kbira, ħalli l-bniedem jikkonverti. Jekk jogħġobkom, araw li tħalluni Niggwidakom u li tħallu din il-Missjoni l-Aktar Sagra tiegħi tinfirex madwar id-dinja, sabiex Inġib il-faraġ lil uliedi. Qisu li ma twaqqfunix. La tiċħdux l-Id tal-Ħniena tiegħi. Qatt tħallu l-kburija tagħkom iżżommkom lura Minni.

Qumu mill-irqad tagħkom, u aċċettaw li issa huwa Jiena li qiegħed nitkellem magħkom, sabiex inkun nista’ Nġibkom fil-ħdan tal-Ħniena l-Kbira tiegħi. Sa fl-aħħar, ruħkom sejra titħeġġeġ bin-Nar tal-Grazzji Divini tiegħi, li sejrin jitferrgħu fuqkom kollha. Id-dubji kollha tagħkom sejrin jisparixxu. Il-qawwa tax-Xitan (Satana) se tiddgħajjef malajr, għalkemm mhux se jċedi l-ħakma tiegħu sal-aħħar mument. Waqt li intom tkunu taħsbu dwar it-talbiet Tiegħi, jeħtieġ li tistaqsu likom infuskom dan: Jekk verament temmnu Fija, mela għaliex qegħdin tiċħduni? Għaliex qegħdin turu rabja u mibegħda lejn dawk li jiġu f’Ismi? Għaliex teżaltaw lilkom infuskom fil-Knisja tiegħi għad-detriment ta’ wliedi? Ftakru, li intom ilkoll ugwali f’Għajnejja.

Ejjew għandi issa b’qalb umli. Għaliex sakemm intom ma tagħmlux dan, ma tistgħux tibbenefikaw mill-Ħniena tiegħi, jew tirċievu l-Grazzji li Jiena nixtieq Nipprovdilkom. Leħni issa qiegħed Isejjaħ lil dawk kollha li ma jemmnux Fija, sabiex jaċċettaw l-Eżistenza ta’ Missieri l-Etern. Wara t-Twissija l-Kbira, ħalluni Ngħinkom fit-triq lejn il-Ħajja ta’ Dejjem. Qalbi tinqasam, meta Jiena Nara l-erwieħ jitilfu Minni. Imma kunu afu dan: Huwa propju n-nuqqas ta’ twemmin ta’ dawk li jiftaħru li jafuni, li Lili jweġġagħni l-aktar.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM