Il-Verġni Marija: Wasal iż-Żmien Sabiex Ibni Jqassam ir-Rigal Tiegħu tal-Ħniena Divina.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ minn Omm Alla, Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tat-2 ta’ Novembru, 2011, fl-10.40 am.
Binti, iż-żmien sabiex Ibni Jqassam id-Don tal-Ħniena Divina tiegħu fuq id-dinja, qiegħed joqrob. Għalhekk inti jeħtieġ li tikkonċentra fuq il-Missjoni tiegħek sabiex issalva l-erwieħ (nies ħajjin). Inti m’għandekx tħalli d-distrazzjonijiet jaljenawk mill-aktar kompitu importanti tiegħek, li huwa li xxerred il-konverżjoni. Is-Sema tinsab tifraħ, hekk kif dan id-Don Divin, dalwaqt sejjer jiġi ppreżentat mill-Imħabba Safja li Ibni għandu f’Qalbu għall-erwieħ kollha. Binti, hekk kif dan ix-Xogħol tiegħek jeskala fl-intensità tiegħu, ix-Xitan (Satana) se jkompli jitturmentak permezz ta’ nies differenti ma’ kull opportunità. Tinsiex li inti ġejt ordnata sabiex tibqa’ sieket u tiffoka biss fuq Ibni.
Inti binti, inti ġejt magħżula sabiex twassal sal-iċken dettal, x-Xewqa ta’ Ibni, li Hu jitkellem mal-umanità f’dawn iż-żminijiet. Qawwi qalbek u kun kuraġġuża, għaliex din il-Missjoni Qaddisa sejra tirnexxi. Din ġiet imħabbra żmien twil ilu, u inti qegħda tiġi mogħtija kull tip ta’ Direzzjoni mis-Sema. Il-Qaddisin kollha jinsabu jiggwidawk għaliex huma magħqudin b’forza sħiħa flimkien, sabiex jiżguraw li din il-Missjoni ma tfallix. U lanqas qatt ma tista’ tfalli. Hemm bżonn li inti ma tibqax tinkwieta meta l-affarijiet jidhru li jkunu sejrin ħażin, għaliex dak huwa l-qerq li se jkollok tiffaċċja minħabba x-xogħol tal-Qarrieqi.
Jiena, Ommok l-Għażiża, ninsab Naħdem miegħek il-ħin kollu. Kien permezz Tiegħi li inti ġejt imħejjija sabiex tiltaqa’ ma’ Ibni l-Għażiż. Il-Grazzji mogħtija lilek kienu sabiex ruħek tissaffa, ħalli tkun tista’ taħdem għas-Salvatur tal-Umanità. Imbagħad kien permezz ta’ Ibni l-Għażiż, li inti ġejt meħuda quddiem it-Trinità Qaddisa. Din hija waħda mill-aktar Missjonijiet importanti minn mindu Ibni ntbagħat biex Jifdi d-dinja mid-dnub. Ara li qatt ma tħalli lilek innifsek tiddevja minn din il-Missjoni. Lanqas m’għandek taqa’ għat-tentazzjoni li titbiegħed minnha. Itlobni, Lili, Ommok, f’kull ħin għall-Protezzjoni.
L-Għażiża Ommok,
Reġina tas-Sema,
Omm tal-Ħniena