Il-Messaġġiera Tiegħi Issa Jinsabu Magħkom Sabiex Intom Tippreparaw Irwieħkom

Il-Ħamis, 3 ta’ Novembru 2011 @ 21:00

Il-Messaġġiera Tiegħi Issa Jinsabu Magħkom Sabiex Intom Tippreparaw Irwieħkom.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-3 ta’ Novembru, 2011, fid-9 pm.


Maħbuba binti, l-profeziji li kienu mħabbra, issa se jibdew iseħħu, u jsiru magħrufa minn nies madwar id-dinja, sabiex ħadd ma jkun jista’ jinjorahom. Tant minn uliedi mhumiex konxji tal-kontenut li jinsab fil-Ktieb ta’ Missieri, jiġifieri l-Bibbja l-Aktar Imqaddsa. Ftit jingħata kas tal-Ktieb ta’ Ġwanni, fejn id-dettalji tat-Tmiem taż-Żminijiet jingħataw lid-dinja kollha. Dan iż-żmien issa wasal. Araw li tppreparaw lilkom infuskom, intom ilkoll.

Il-Verità li tinsab fil-Ktieb tal-Apokalissi, hija biss hekk, jiġifieri: Il-Verità. Ma tistgħux intom tagħrfu s-sinjali? It-taqlib kbir fid-dinja se jkompli jikber b’pass feroċi. Is-sistema monetarja tagħkom hija mhedda minn grupp globali, li jridu jeħdulkom mhux biss fluskom, imma wkoll jisirqulkom ruħkom. Il-ħażen tal-bniedem huwa evidenti, iżda ħafna minnu huwa moħbi. Il-Messaġġiera tiegħi, issa qegħdin magħkom uliedi, sabiex jgħinukom tippreparaw ruħkom. Jekk dawn il-Messaġġiera tagħrfux minn huma jew le, l-Ispirtu s-Santu li jsaltan f’ruħhom, se jxerred il-konverżjoni.

Dawk minnkom li qegħdin tiċħdu t-Tentattivi tiegħi sabiex Nikkomunika magħkom, dalwaqt sejrin tifhmu l-Verità fi żmien qasir. Imbagħad, ikun dak il-waqt li wliedi jingħaqdu flimkien, kontra din il-forza ta’ nies krudili, mmexxija mix-Xitan (Satana). Dawn in-nies mhux se jirbħu. Kull ostaklu qiegħed jitpoġġa quddiemhom, minn Id Missieri l-Etern. Il-Ħniena tiegħu tant hija kbira, li Huwa sejjer Juża l-Qawwa tiegħu, sabiex Jiddefendi lil uliedu u Jeqred lil dawk in-nies, li jinsistu li jsegwu t-triq tal-Qarrieqi. Tkun xi tkun il-fehma differenti tagħkom, dwar jekk Jien issa għandix Inkellimkom jew le, mhix importanti. Hija l-fidi tagħkom Fija u f’Missieri l-Maħbub, Alla l-Għoli, li issa jimporta.

It-talb huwa l-aktar urġenti uliedi, itom fejn intom, ta’ liema reliġjon intom, huma x’inhuma l-fehmiet tagħkom. Qisu li tingħaqdu flimkien u titolbu lill-Ispirtu s-Santu għall-Illuminazzjoni f’dan il-waqt. Ix-Xitan qiegħed jipprova jġagħlkom ittuni daharkom, Lili, Jien, is-Salvatur il-Maħbub tagħkom. Tagħtux kas id-dubji u l-biża’ li huwa jpoġġi f’qalbkom. Ix-Xitan se juża l-gideb, sabiex Lili jżommni milli nixgħel erwieħkom bid-Dawl Divin tiegħi. L-Imħabba tiegħi għalikom uliedi, hija tant qawwija, li tinjorawni kemm tinjorawni, jew ittuni daharkom kemm ittuni daharkom, Jiena xorta nibqa’ Nsejjħilkom. U Jiena dan Nagħmlu, permezz tal-Qawwa tal-Ispirtu s-Santu. Intom tridu titolbuni għal dan ir-rigal billi tgħidu:


It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (15) Għall-Illuminazzjoni f’Dan iż-Żmien:

O Ġesù, għattini bid-Demm Prezzjuż tiegħek u imlieni bl-Ispirtu s-Santu sabiex inkun nista’ niddixxerni jekk dawn il-kliem humiex ġejjin minnek. Umiljani fl-ispirtu. Ilqa’ l-krib tiegħi bil-ħniena u iftaħli qalbi għall-Verità. Ammen.


Jiena sejjer Nirrispondi speċjalment lil dawk l-aktar erwieħ ħarxa, meta huma jgħidu din it-talba. Agħtuni l-possibilità, li Jiena Nressaqkom Lejja, ħalli Ngħaqqad kemm jista’ jkun minn uliedi, qabel It-Twissija l-Kbira. Araw li tiftakru, li l-Imħabba tiegħi għalikom, ma tispiċċa qatt, u ma jimpurtax kemm issoddu widnejkom għas-Sejħa urġenti tiegħi, sabiex tingħaqdu ħaġa waħda flimkien.

Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM