Il-Grupp Globali li Qered is-Sistema Bankarja Tagħkom Sejjer Jitkisser.

Il-Ġimgħa, 4 ta’ Novembru 2011 @ 19:00

Il-Grupp Globali li Qered is-Sistema Bankarja Tagħkom Sejjer Jitkisser.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-4 ta’ Novembru, 2011, fis-7 pm.


Wisq għażiża binti, Minni tiġi l-Ħajja Vera, l-unika ħajja li l-bniedem qatt se jkollu bżonn, minn issa hawnhekk, sal-eternità. Uliedi, intom jeħtieġ li tkunu tafu li dan it-taqlib tal-biża’ li qegħdin taraw madwarkom, mhux se jdum wisq aktar. Alla, l-Missier Etern tiegħi, mhux se Jħalli lil uliedu prezzjużi jsofru ħafna aktar. Intom uliedi, intom il-vittmi tax-xogħol il-Qarrieqi. Dak li jinsab jikkontrolla l-Grupp Globali qiegħed jiddgħajjef. Il-poteri tiegħu qegħdin jiġu magħrrqa fil-qiegħ tal-baħar, permezz tal-Qawwa ta’ Missieri.

Dan il-Grupp Globali, li apposta qered is-sistemi bankarji tagħkom, sabiex iġibkom tallaba, sejjer jitkisser. Intom m’għandkomx għalfejn tinkwetaw, għaliex l-Id ta’ Missieri, sejra Tiżel bis-saħħa fuq it-toroq krudili tagħhom. Itolbu li dawk l-erwieħ kollha imqarrqa, li aċċettaw l-iskjavitu tagħhom għal ħażen, li jinsab fil-qalba ta’ dan il-grupp, jikkonvertu matul it-Twissija l-Kbira. Intom qatt m’għandkom taqtgħu qalbkom uliedi. Kollox se jsir minħabba l-imħabba tagħkom lejn Alla l-Aktar Għoli, fejn intom terġgħu lura fil-maqjel tan-nagħaġ tal-familja tagħkom. It-Trinità Mqaddsa hija darkom, uliedi. Dawk minnkom li taċċettaw dan il-fatt, li seħħ permezz tal-konverżjoni, se jirtu l-Era Glorjuża tal-Ġenna tal-art fid-Dinja.

Qisu li tafdaw dejjem Fija. Offruli l-ħsibijiet, l-inkwiet u l-biżgħat tagħkom. Ħalluni Ntaffi l-uġigħ u t-tbatija tagħkom. Issa ma baqax wisq żmien, meta d-dinja sejra ssib is-serħan mill-uġigħ tal-ħlas li qegħda tissaporti f’dawn iż-żminijiet. Araw li qatt ma titilfu t-tama. Afdaw Fija. Itolbu għall-Grazzji tiegħi sabiex iqawwukom. Poġġu raskom fuq Spallejja u ħallu l-Paċi tiegħi tgħatti lir-ruħkom. Imbagħad, dak inhar biss, intom tifhmu l-Verità tal-Wegħda Glorjuża tiegħi tal-Ħajja ta’ Dejjem.


Ġesù tagħkom,
Is-Salvatur tal-Umanità


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM