Alla l-Missier: L-Aħħar Sejħa lill-Atei.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Missierna fis-Smewwiet, Alla l-Aktar Għoli, lil Marija Ħniena Divina, tal-5 ta’ Novembru, 2011, fis-1 pm.
Binti, l-umanità issa sejra tiġi murija l-Id tal-Ħniena tiegħi hekk kif il-Wasla ta’ Ibni ssir imminenti. Lil dawk l-erwieħ ittorturati kollha li tinsbu mħawdin, Jiena qiegħed Ngħidilkom: Poġġu l-fiduċja tagħkom Fija, Alla l-Missier. Jiena Hu li Ħlaqt lil kull wieħed u waħda minnkom bl-Imħabba u l-Kompassjoni, u Jiena Hu li Rrid Insalva lil kull iben u bint prezzjużi tiegħi. Jiena ma Rridx li Nitlef imqar wieħed jew waħda minnkom, inklużi dawk in-nies li jiddieħku Bija. Qisu li tippreparaw għall-Akbar Rigal, li qiegħed jiġi ppreparat għalikom.
Jiena se Nwaqqaf lix-Xitan (Satana) milli jaħtafkom Minni, jekk intom tħalluni. Jiena ma nistax Inġiegħelkom taċċettaw dan l-Att tal-Ħniena tiegħi bil-fors. Dak li jaqsamli Qalbi huwa, li ħafna minnkom, xorta sejrin tiċħdu din l-Id tal-Ħniena tiegħi. Madankollu, intom waħedkom, mhux se tkunu b’saħħitkom biżżejjed. Imma, meta intom taraw il-Verità, kif se tiġi murija lilkom matul it-Twissija l-Kbira, intom sejrin tippruvaw taqbdu magħha bħall-ħabel tas-salvataġġ. Araw li titolbuni għal-Qawwa sabiex tħalluni Nsalvakom mid-dannazzjoni eterna fl-Infern. Jiena issa qiegħed Insejjaħ għall-aħħar darba, b’mod speċjali lill-atei. Qisu li ma tiċħdux il-Verità meta tiġi murija lilkom. Jekk tiċħdu l-Verità, intom sejrin tispiċċaw mitlufin Minni għal dejjem.
Alla l-Missier