Il-Possessjoni tad-Demonju u d-Dnub tal-Mibegħda

Il-Ħadd, 6 ta’ Novembru 2011 @ 18:30

Il-Possessjoni tad-Demonju u d-Dnub tal-Mibegħda.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-6 ta’ Novembru, 2011, fis-6.30 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, in-nies m’humiex jifhmu, li Jien qiegħed nerġa’ Nsofri il-Kruċifissjoni tiegħi ta’ kuljum. L-Uġigħ u t-Tbatija li jkolli Nissaporti, huma kkawżati mid-dnubiet tan-nies, u dan, ma’ kull sekonda tal-ġurnata. Jiena Nissaporti mumenti ta’ dwjjaq bla qies, meta nara dawk l-erwieħ (nies ħajjin), fejn Lili joffenduni bil-kbir, minħabba d-dnub tal-mibegħda taħhom. Il-mibegħda hija magħġuna fil-qlub ta’ ħafna nies, u tiġi minħabba l-infestazzjoni tax-Xitan (Satana). Bosta nies jaħsbu u jitkellmu dwar il-pussess demoniku, bħallikieku dan huwa faċli biex wieħed jinduna bih. Jaħasra, tant minn uliedi issa jinsabu maħkuma mix-Xitan. Għal dawn in-nies, m’hemmx għalfejn jidhru jitqallbu mal-art, sabiex juru li għandhom fihom il-preżenza Satanika. Hu, l-għadu tal-umanità, juża lid-Demonji tiegħu sabiex jattakka lil uliedi. Għal dawk li jinsabu fid-dlam, dawn isiru priża faċli għalih, għaliex jiġbdu lejhom il-preżenza demonika.

Ladarba tkunu maħkuma mix-Xitan uliedi, huwa mbagħad diffiċli ħafna li teħles lilek innifsek ’il bogħod minnu. Dawn l-ulied sfortunati, permezz tal-infestazzjoni makakka u manipulattiva tal-Qarrieqi fihom, imbagħad huma stess, jinfettaw erwieħ oħra. U hekk tkompli tinfirex l-infestazzjoni qalb in-nies. Issa mbagħad, il-ħażen ġeneralment jiġi ppreżentat bħala tajjeb. Huwa għalhekk diffiċli ferm, li wieħed jagħraf dan il-qerq fin, ħlief għal dan li ġej: L-imġieba u l-għemil ta’ ruħ infestata, qatt ma juru xi forma ta’ umliltà minn-natura tagħhom. Wkoll, huma qatt ma jkunu ġenerużi minn qalbhom. Minn barra, jistgħu jidhru li huma ġenerużi, imma dejjem se jkun hemm xi nasba lesta fil-komma. Din in-nasba, ripetutament timponi talbiet fuqkom, li intom ma thossukomx komdi bihom.

Qisu li żżommu 'il bogħod minn erwieħ bħal dawn. Imma araw li titolbu għalihom. Araw li ma tħalluhomx iwaqqgħukom fid-dnub. Kunu l-ħin kollu attenti għall-Qarrieqi, għaliex f’dawn iż-żminijiet, hu jinsab kullimkien. Dejjem itolbu sabiex iżżomu dan il-ħażen kbir 'il bogħod sew minnkom. It-talb idgħajjef il-ħakma b’saħħitha tiegħu, kif ukoll jipproteġikom. Araw li tqisu lix-Xitan, u l-għemejjel ħżiena tiegħu, bħal marda li tittieħed. Ħudu l-prekawzjonijiet kollha li hemm bżonn, sabiex tevitaw li tiġu f’kuntatt ma’ dawk li jġorru din il-marda infettiva. Madankollu, jekk intom tkunu tafu, li m’hemmx għażla oħra, u ma tistħux taħarbu minnhom, allura pproteġu lilkom infuskom bl-Ilma Mbierek, bil-Kurċifiss Imqaddes u bil-Midalja ta’ San Benedettu. Dawn iżommu lid-Demonji 'l bogħod minnkom.

Issa huwa ż-żmien uliedi, meta intom u d-dar tagħkom, tridu tkunu imdawrin b’oġġetti reliġjużi, li jkunu ġew imberkin. Ħafna nies, jistħu li jkollhom dawn l-oġġetti tal-Knisja madwarhom, minħabba l-biża’ li oħrajn jitmejlu u jiddieħku bihom. Madankollu, dawn l’oġġetti mbierka, iġibulkom protezzjoni fid-dar u serħan kbir waqt it-talb. Qisu li tiftakru, li d-Demonji jgħixu mhux biss fl-Infern, imma fid-dinja wkoll, fejn issa stabbilixxew ir-renju tagħhom. It-talb huwa l-unika ħaġa li jbeżża’ lix-Xitan u li jġibu inkapaċi u bla saħħa. It-talb se jkompli jsostnikom fiż-żminijiet li ġejjin uliedi.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM