Inti Sejra Tkun Mibgħuda f’Ħafna Postijiet, Imma Jibżgħu Minnek f’Postijiet Oħrajn.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-7 ta’ Novembru, 2011, fit-8.50 pm.
Maħbuba binti, jeħtieġ li tismani sew. Hekk kif il-Profeziji tiegħi issa jibdew iseħħu, u meta l-Kelma Qaddisa tiegħi tibda tiġi aċċettata u mismugħa min-nies, inti trid toqgħod ferm attenta. Inti binti, se tkun mibgħuda f’ħafna postijiet, imma fl-istess ħin, ikunu jibżgħu minnek f’postijiet oħra. Il-Profeziji tiegħi li se jingħatawlek, huma sabiex dawn jiżguraw, li ma jkun hemm l-ebda dubju f’moħħ uliedi kollha, li l-wegħda tas-Salvazzjoni Eterna, fl-aħħar sejra titwettaq.
Binti, inti sejra tħossok waħdek, imwarrba u beżgħana, fejn se tbati ħafna f’Ismi. Mingħajr is-sagrifiċċji tiegħek, Jiena ma nistax Inwettaq il-Wegħda tiegħi, li Nsalva l-umanità, ħalli b’hekk, kull ruħ (persuna ħajja) tingħata l-opportunità li tġawdi l-Wirt tagħha u dan bi dritt. Jiena issa qiegħed Insejjaħ lill-Qaddejja Sagri tiegħi (is-Saċerdoti) sabiex jipproteġuk binti, għaliex se jkun id-dover qaddis tagħhom li jagħmlu dan. Maż-żmien, huma sejrin jifhmu x’inhu r-rwol tagħhom. Sadanittant, Jiena qiegħed Insejjaħ ukoll, lis-segwaċi prezzjużi kollha tiegħi, sabiex jitolbu għall-protezzjoni tiegħek kontra l-forzi tal-ħażen fin-nies, li huma mmexxija mix-Xitan (Satana), u li jridu jeqirdu d-dinja, għall-gwadann tagħhom stess. Qis li tibqa’ soda. Ara li titlob għall-Protezzjoni u staqsi għall-għajnuna ta’ Ommi l-Imbierka l-ħin kollu.
Ġesù tagħkom,
Is-Salvatur u r-Redentur tal-Umanità