Ħafna Nies Sejrin Isofru l-Uġigħ tal-Purgatorju Bħala Penitenza

L-Erbgħa, 9 ta’ Novembru 2011 @ 15:32

Ħafna Nies Sejrin Isofru l-Uġigħ tal-Purgatorju Bħala Penitenza.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tad-9 ta’ Novembru, 2011, fit-3.32 pm.


Isimgħu sew it-Talba urġenti tiegħi uliedi, sabiex tikkonsagraw ruħkom lill-Qalb Bla Tebgħa ta’ Ommi l-Maħbuba f’dan iż-żmien. Hi, il-Medjatriċi tal-Grazzji Kollha, Hi ġiet assenjata r-rwol, sabiex twassalkom fil-Qalb Imqaddsa tiegħi, ħalli Jien Insalva lill-umanità mill-ħerba li qiegħda tistennieha, jekk l-umanità tibqa’ tonqos milli titbiegħed mill-għemejjel tax-Xitan (Satana).

Issa huwa urġenti, li intom ilkoll, titolbu bil-qawwa għas-salvazzjoni tal-erwieħ (nies ħajjin). L-erwieħ kollha sejrin jidhru Quddiemi u għal ħafna, dan se jkun diffiċli għalihom. Ħafna nies sejrin isofru l-uġigħ tal-Purgatorju f'din id-dinja, għaliex se tkun l-unika triq li jkun baqagħlhom għas-Salvazzjoni Eterna. Huwa ferm aħjar li dawn jifhmu xi jfsser dan, waqt li huma għadhom ħajjin fuq din l-art, milli jesperjenzaw dan l-uġigħ wara mewthom. Meta huma jissaportu din il-penitenza, dawn l-erwieħ se jkunu ppurifikati u tajbin sabiex jidħlu fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida tiegħi fid-dinja. Hawnhekk, l-erwieħ puri biss sejrin jkunu jistgħu jidħlu. Jien Irrid Inħeġġiġkom, ħalli taċċettaw dan ir-Rigal u tiffaċċjawh bil-qawwa kollha tal-moħħ, tal-ġisem u tar-ruħ tagħkom. Iżda jeħtieġ li tifhmu s-sinjifikat ta’ dan ir-Rigal għal dak li hu, jiġifieri, t-triq għall-Ħajja ta’ Dejjem, kif ukoll, iċ-ċans li tgħarfu l-Ħniena Divina tiegħi.

Wasal hekk iż-żmien li tippreparaw ruħkom. Issa, meta intom tkunu ksibtu l-maħfra għal dnubietkom, qabel it-Twissija l-Kbira, intom imbagħad tkunu tridu titolbu għall-oħrajn. Għaliex huma se jkollhom bżonn il-qawwa sabiex jagħmlu dan. Qisu li titolbu l-Kurunella tal-Ħniena Divina tiegħi kuljum, minn issa 'l quddiem, intom ilkoll kemm intom. Din it-talba sejra tgħin sabiex issalva lil dawk l-erwieħ imsieken li jistgħu jmutu bil-qata’, waqt dan l-avveniment sopranaturali. Din it-Twissija sejra tiġi ppreżentata lid-dinja dalwaqt. Araw li qatt ma taqtgħu qalbkom uliedi. Iva, emmnuni meta Ngħidilkom li Jien Inħobbkom. Jiena qiegħed Inġibilkom dan ir-Rigal minn din l-Imħabba tiegħi.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM