Kien Hemm Żewġ Ħallelin fuq is-Salib

Il-Ħamis, 10 ta’ Novembru 2011 @ 15:30

Kien Hemm Żewġ Ħallelin fuq is-Salib.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-10 ta’ Novembru, 2011, fit-3.30 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, meta jiena kont Agunija fuq is-Salib, kien hemm żewġ ħallelin fuq kull naħa tiegħi, fejn huma wkoll kienu qegħdin jiġu msallbin, fl-istess ħin miegħi. Wieħed minnhom talabni Naħfirlu dnubietu, u għalhekk kien Salvat. Il-ħalliel l-ieħor ma talabnix. Minflok sadd widnejh Minni. Il-qalb iebsa tiegħu u r-rifjut li jitlobni l-Maħfra, fissru li ma setax jiġi Salvat. L-istess se jiġri matul it-Twissija l-Kbira. Xi wħud minn uliedi, sejrin jaċċettaw il-ħtija ta’ dnubiethom, u li Lili offendewni. Huma, bl-umiltà kollha, sejrin jilqgħu l-penitenza mogħtija lilhom, u se jiġu Salvati. Għalhekk huma, sejrin jidħlu fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida, fl-Era ta’ Paċi li ġejja fid-dinja.

Imbagħad se jkun hemm dawk in-nies, li mhux se jaċċettaw dnubiethom għal dak li tassew huma, jiġifieri abominazzjoni f’Għajnejn Alla, il-Missier Etern. Jiena sejjer Nagħti lil dawn l-erwieħ (nies ħajjin) ħin biżżejjed, sabiex jindmu, tant kemm hi kbira l-Ħniena tiegħi. Qisu li titolbu li dawn in-nies ifittxu l-maħfra, sabiex huma wkoll ikunu jistgħu jiġu Salvati. Jiena Nistinka sabiex uliedi kollha jħaddnu dan id-Don Kbir tal-Ħniena tiegħi. Għaliex Jien Irridkom ilkoll kemm intom tidħlu mill-Bieb tal-Ġenna l-Ġdida. Araw li titolbu għal dawk l-erwieħ ta’ qalbhom ħarxa, sabiex qalbhom tirtab, ħalli jkunu jistgħu jaċċettaw l-Id tal-Ħniena tiegħi. Itolbu għalihom sabiex jitgħallmu kif isiru umli f’Għajnejja.


Ġesù tagħkom,
Ir-Redentur tal-Umanità 


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM