Is-Sinjali Sejrin Jidhru l-Ewwel fis-Sema: ix-Xemx Sejra Ddur Fuqha Nfisha b’Ħeffa Kbira.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-11 ta’ Novembru, 2011, fl-4 pm.
It-talb u ħafna talb issa huwa meħtieġ, sabiex jgħin isalva l-erwieħ (nies ħajjin). Inti binti, jeħtieġ li tħejji l-familja tiegħek, u tgħid lil dawk li għandhom bżonn il-Ħniena kbira tiegħi, ħalli jkunu lesti. Għal darb’oħra, is-sinjali se jidhru l-ewwel. Ħafna nies se jqumu u jagħtu kas meta jaraw il-bidliet fis-smewwiet. Huma sejrin jaraw ix-xemx iddur fuqha nfisha b’ħeffa kbira, bħal qatt qabel. Imbagħad se jaraw is-salib. Dan se jiġri immedjatament qabel ma l-kwiekeb jaħbtu flimkien fis-sema, u meta r-raġġi tal-Ħniena Divina tiegħi jiksu d-dinja.
Imbagħad sejjer ikun hemm silenzju, sabiex kull ruħ (persuna) tkun fi stat ta’ privatezza assoluta, meta tiġi Quddiemi. Għid lil uliedi għal xiex għandhom joqogħdu attenti, għaliex huma m’għandhomx minn xiex jibżgħu. Dan mhix avveniment li wieħed għandu jibża’ minnu. Minflok, intom ilkoll tridu tilqgħu din il-laqgħa Miegħi.
Uliedi kollha għandhom jaċċettaw li se Nkun Jien issa, li sejjer Nippreżenta Lili Nniffsi quddiemhom. Huma m’għandhomx jaħsbu li dan huwa l-aħħar tad-dinja. Għaliex mhuwiex hekk. Dan huwa l-bidu ta’ perjodu ġdid fiż-żmien, meta wliedi kollha, fl-aħħar se jkunu jafu l-Verità. Jiena Nifraħ u Nħoss tenerezza kbira, lejn kull ruħ li tista’ tiġi maħfura jekk jippermettuli Nagħtihom dan ir-rigal. Itolbu, itolbu u itolbu għall-erwieħ kollha issa u b’mod partikolari, għal dawk li se jkunu tant imwerwrin, li jistgħu ma jkunux b’saħħithom biżżejjed sabiex jaċċettaw l-Id tal-Ħniena tiegħi.
Is-Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu