Itolbu, Striehu u Ifirħu, Ġħaliex Dan iż-Żmien Issa Huwa Qasir.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-13 ta’ Novembru, 2011, fis-7 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, xi kultant il-Messaġġi tiegħi lilek iħawduk. Imma dan huwa aċċettabbli. It-Triqat tiegħi u il-Pjanijiet Divini Mfassla minn Missieri l-Etern, mhumiex faċli sabiex wieħed jifhimhom. Inti qis li żżomm ħsibijietek Fuqi. Iffoka biss fuq it-talb, u speċjalment fuq dak it-talb, li jgħin sabiex isalvaw il-midinbin ħarxa min-nar tal-Infern. Qatta’ dan il-perjodu taż-żmien tiegħek, f’kontemplazzjoni fis-silenzju u fit-talb sempliċi. Dan huwa dak kollu, li wliedi jeħtieġu li jikkonċentraw fuqu. Huma għandhom jippruvaw iressqu l-familji u l-ħbieb tagħhom Għandi, bi tħejjija għall-Wasla tiegħi fid-dinja.
Itolbu, itolbu u itolbu l-Kurunella tal-Ħniena Divina tiegħi, sabiex tiżguraw is-salvazzjoni, għal dawk l-erwieħ (nies ħajjin) tant infestati mix-Xitan (Satana), li l-unika tama ta’ salvazzjoni tagħhom, tista’ tkun biss permezz tat-talb tagħkom. Intom tippruvawx tispjegaw dawn iż-żminijiet lit-tfal tagħkom, għaliex mhux se jifhmukom. Anzi, għal ħafna tfal, dan jista’ jikkawża biża’ bla bżonn. Għal darb’oħra Jiena qiegħed Ngħid lil uliedi prezzjużi kollha, li Jiena Ġej sabiex Insalvakom. Ftakru dan li sejjer Ngħidilkom: Li kieku Jiena ma Niġix issa, intom kontu taħarbu minn taħt Idejja, minħabba l-qawwa mxajtna, li tant tinsab prevalenti fid-dinja tagħkom bħalissa. Jiena Hu s-Salvazzjoni tagħkom. Jiena Hu l-Bieb tal-Ħarba tagħkom, mit-twerwir li qegħdin taraw fid-dinja tagħkom, ikkawżat mill-influwenza demonika ma’ kull fejn tħarsu. Uliedi, jeħtieġ li tafdaw fl-Imħabba tiegħi għalikom. Jaqaw ma tafux, li Jiena mhux sejjer Inħallikom tkomplu tissaportu din il-krudeltà kollha?
Għalikom ilkoll uliedi, Jien qiegħed Inwegħedkom dan: Intom sejrin tgawdu l-Era l-Ġdida tal-Ġenna tal-Art, bħala wliedi l-magħżula. Iżda se jkun f’idejn kull raġel u mara, kull tifel u tifla li għandhim 'l fuq mill-età tar-raġuni, sabiex jiddeċiedu, jekk iridux jingħaqdu flimkien Miegħi, bħala ħaġa waħda, sabiex igawdu din l-eżistenza glorjuża. Araw issa mela, li titolbu, li tistrieħu u li tifirħu, għaliex dan iż-żmien, issa huwa qasir. Għannu b’tifħir lil Missieri l-Etern għall-Glorja li Huwa sejjer Jagħti lil dawk kollha li jaċċettaw l-Id tal-Ħniena tiegħi.
Il-Maħbub Ġesù tagħkom,
Is-Salvatur tal-Umanità