Il-Verġni Marija: Itlob għal Papa Benedettu.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ minn Omm Alla, Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tas-16 ta’ Novembru, 2011, fit-8 am.
Nota: Marija Ħniena Divina sqarret, li dan il-Messaġġ irċevietu wara dehra sħiħa tal-Omm Imbierka, li damet 20 minuta, u fejn dehret ħafna qalbha sewda.
Binti, dalwaqt sejjer ikun hemm ġlied qalil, hekk kif tibda l-battalja għall-erwieħ (nies ħajjin). Qis li inti titlob għal dawk l-erwieħ imsieken kollha, li jeħtieġu l-Protezzjoni tal-Ħniena ta’ Ibni. Il-Qarrieqi sejjer jagħmel dak kollu li jista’, sabiex ibiegħed lill-ulied kollha ta’ Alla, l-bogħod minn Id il-Ħniena ta’ Ibni. Tant hemm minn dawn l-erwieħ mitlufin u msieken tiegħi, fejn m’għandhom l-ebda idea tal-battalja għal ruħhom, li diġà bdiet, u li hija mmexxija mill-Qarrieqi. Il-jiem li fadallu huma ftit issa binti, imma inti jeħtieġ li tagħmel dak kollu possibbli, sabiex tgħin lil Ibni l-Għażiż Isalva lil dawn in-nies, qabel ma jkun tard wisq.
Inti binti, jeħtieġ li tkompli titlobni għall-Protezzjoni, għaliex issa inti sirt tassew xewka, f’ġenb il-Qarrieqi. Oqgħod għassa u attenta l-ħin kollu. It-talb huwa importanti, u inti trid tistaqsi lil nies oħrajn, sabiex jitolbu għalik. Itlob għall-Papa Benedittu, speċjalment issa, għaliex huwa wkoll jinsab taħt attakk. Ara li qatt ma titfixkel fil-ħidma tiegħek għal Ibni, għaliex inti binti, jeħtieġ li tissaporti sal-aħħar mument, sabiex twettaq il-profeziji mħabbra bosta żmien ilu. Qis li tiftakar, li Jiena ninsab Ngħattek bil-Mant Qaddis tiegħi, l-ħin kollu.
Ommok tas-sema,
Sultana tal-Ward