Kollox Issa Jinsab Lest u Ppreparat

L-Erbgħa, 16 ta’ Novembru 2011 @ 20:30

Kollox Issa Jinsab Lest u Ppreparat.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-16 ta’ Novembru, 2011, fit-8.30 pm.


Binti l-għażiża, agħti widen issa. Jekk jogħġbok, qis li sserraħ moħħ uliedi kollha, li l-fidi tagħhom Fija, sejra ġġib fiċ-ċert, is-salvazzjoni tagħhom. Dak hu kollu li issa jimporta. L-imħabba tagħkom Għalija, u għal xulxin, sejra tkun it-triq tagħkom lejn il-Ġenna tal-Art. Jekk intom tridu tħobbu lil xulxin kif Inħobbkom Jien, din l-imħabba trid tkun bla kundizzjoni. Intom jeħtieġ li taċċettaw id-difetti ta’ xulxin. Aħfru lil xulxin uliedi. Il-ġlied ma jiġix mis-Sema. Il-ġlied huwa kkawżat mill-Qarrieqi, sabiex joħloq disordni u taħwid bejnietkom. Mela qumu issa, u itolbu, itolbu u itolbu, għall-Ħniena Kbira tiegħi, għaliex il-mument għalikom kważi wasal. Kollox issa jinsab lest u ppreparat. It-tħejjijiet issa huma kompluti. Intom sempliċement kemm tibqgħu tistennew.

Araw li tippreparaw ruħkom sew u li titolbu għal xulxin. Inti binti, aċċetta biss ir-Rieda Mqaddsa tiegħi. Toqgħodx tistaqsini għal spjegazzjonijiet. Segwi l-Istruzzjonijiet tiegħi u kun ubbidjenti l-ħin kollu. Ara li ma tinqabadx f’xi nassa mħejjija appposta għalik, sabiex iġiegħlek taqa’. Ix-Xitan (Satana) iridek taqa’, sabiex ikun jista’ jgħaffeġ fuqek, imma hawnhekk Irrid nerġa’ nfakkrek, sabiex tibqa’ siekta. Jeħtieġ li inti ssoffri kwalunkwe għadab b’għajnejk l-isfel, u b-umiltà sħiħa Lejja. Imitani f’dak kollu li tagħmel binti. Għaliex, kemm il-darba inti tagħmel hekk, ix-Xitan ma jirnexxilux jinvolvi ruħu miegħek. Mur issa u stennieni. Għalix Jien Ġej dalwaqt.


Il-Maħbub Ġesù tagħkom,
Is-Salvatur u r-Redentur tal-Umanità Kollha


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM